MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Sunday, July 20, 2008

IDEAT PROGRESSIVI








Qeghdin fi zmienijiet fejn il-mentalita' tal-partit Laburista qeghda tinfetah ghal dawk l-ideat progressivi li permezz taghhom,il-partit ma' jibqax imwahhal fic-centru.

F'pajjizna ix-xellug ghandu minjiera ta'rizorsi li hafna minnhom inqattghu minn mal-partit u ntilfu matul iz-zmien.
Kellha tkun telfa elettorali ohra li ilkoll flimkien wara l-mexxej il-gdid,il-partit rega' fetah il-bibien tieghu ghal dawk kollha li jhossuhom parti mix-xellug li izda ghal-dawn l-ahhar snin hassewhom imwarba u inutli.

Fill-partit tinhass arja gdida li imliet lill-kull min ghandu ghal-qalbu ix-xellug f'pajjizna b'kuragg u determinazzjoni ghal-prezent u ghal-gejjieni.

Irridu naghmlu hilitna halli kull rizors progressiv ma jintilifx u rridu nikkonvincuh li postu hu fill-partit Laburista.

Ma jfissirx li dawk ir-rizorsi li kellu il-partit tul l-ahhar snin ma' fadlilhomx x'jikkontibwixxu.
Izda irridu nizguraw li kull min hu ta' rieda tajba jibqa' jaghti sehmu u jgharaf jahdem ma l-elementi godda li ta' kulljum qeghdin jinghaqdu f'din il-familja tant ghaziza ghalina l-Laburisti.

Jekk inharsu ftit il-boghod minn xtutna,propju fl-Italja,is-sitwazzjoni politika attwali tixbah dik li qeghdin nesperjenzaw gewwa pajjizna.

Ghal darb'ohra il-lemin jinsab fit-tmun tat-tmexxija tal-gvern Taljan.
It-tieni l-akbar partit hu il-PD li jiddefenixxi ruhu bhala forza tax-xellug izda ma tantx ghadda zmien wisq sabiex il-votanti tieghu intebhu li ma' tantx hu differenti minn partit centru lemini.

Wara li zarma koalizzjoni li kellu mall-partiti l-ohra xellugin ftit zmien qabel l-elezzjonijiet,il-mexxej tieghu Veltroni mhuwiex ikun rapprezentant b'sahhtu ghal-votanti tieghu.

Hu ghalhekk li hafna taljani b'ideat xellugin qeghdin iharsu lejn il-partit Komunista bhala partit li jista' jerga jissahhah sabiex fl-iqsar zmien possibbli jerga jsib postu fill-parlament taljan.

Illum ghadu kemm intemm il-kungress tal-PDCI u fost hafna interventi interessanti kien hemm appell wiehed;dak ta' l-ghaqda fost ix-xellug.

Hu propju hekk ukoll ghandu jsir fost ix-xellug f'pajjizna.

Inheggu lil-dawk l-elementi progressivi li ghadhom ma' identifikawx ruhhom mal-partit Laburista sabiex jaghmlu kuragg u jinghaqdu f'dan il-mument ecitanti mal-partit u jaghtu sehemhom sabiex fill-mument opportun nergghu naghtu lil-Malta tmexxija Laburista.

1 comment:

Anonymous said...

Iva il-partit beda triq gdida.
Triq mimlija hegga sabiex fil-futur qarib jerga' jkun fil-gvern.
Issa sta ghalina u ghal-forzi kollha tax-xellug li nkunu parti minn din l-ispinta sabiex flimkien inwasslu l-partit fejn jixraqlu.