
Fil-jiem li ghaddew smajna bi proposta gdida li l-mexxej tal-Partit Laburista Dr Joseph Muscat qieghed jipproponi.
Proposta li permezz taghha zghazagh ta' 16-il sena jkunu jistghu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.
Smajna wkoll li anke fi hdan il-Partit tas-Socjalisti Ewropej tali proposta qeghda tqajjem dibattitu interessanti.
Jidher li f'pajjizna l-istess zghazagh urew qbil ma' din il-proposta.
Wiehed mill-punti pozittivi li ggib maghha din il-proposta jekk tigi attwata hi li f'pajjizna jkollna numru akbar ta' zghazagh li juru interess akbar lejn il-politika.
Iz-zghazagh jintebhu li huma wkoll jistghu jaghtu kontribut fid-dinja tal-politika anke sempliciment permezz li jivvutaw.
Nemmen li wasal iz-zmien li fl-iskejjel ta' pajjizna ghandu jidhol suggett fejn il-politika tigi mghallma.L-istudenti jigu ggwidati kif ghandhom iharsu lejn il-politika u kif ghandhom jgharrfu s-sugu taghha.
Jistghu jigu mghallma wkoll il-principji li jhaddnu l-partiti politici ta' pajjizna halli z-zghazagh jigu mghejjuna jgharrfu liema hu dak il-partit li jahsbu li jhaddan l-istess principji taghhom.
Ghandhom ukoll jigu mghallma dwar l-importanza tal-kunsilli fil-lokalitajiet li huma jghixu fihom u kemm

Jekk din il-proposta tigi attwata ,il-Partit Laburista jrid jahdem sabiex jigbed l-akbar numru ta' zghazagh lejh.
Punti li l-Partit irid jaghti kaz huma dawn;
Iz-zghazagh ta' din l-eta' jistghu jiddeciedu li huma mhux ha jivvutaw ghas-semplici raguni li ma jimpurthomx la mill-kunsilli lokali u wisq aktar mill-politika.
It-tieni punt:
Iz-zghazagh jistghu jahsbu li l-vot taghhom ma' jaghmilx differenza.
It-tielet punt:
Iz-zghazagh jistghu jahsbu li huma ma' jafux bizzejjed kemm dwar il-kunsilli lokali u kif ukoll dwar il-politika.
Hawnhekk jidhol ir-rwol importanti li l-Forum Zghazagh Laburisti ghandu jkollu.
L-FZL ghandu jorganizza aktar laqghat maz-zghazagh sabiex iwassal il-messagg tal-partit.
L-ahjar mod li jista' jitwassal il-messagg fost iz-zghzagh hu appuntu permezz taz-zghazagh innifishom.
B'din il-proposta il-partit rega' wera li jinsab fit-triq tat-tigdid halli meta jasal il-waqt li l-poplu jigi mitlub jaghzel,ikun l-ahjar ghazla sabiex imexxi l-pajjiz.