MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Thursday, October 16, 2008

STAGUN POLITIKU GDID


Din il-gimgha sehh avveniment li ghal-Partit Laburista ifisser bidu.

Ifisser Stagun Politiku Gdid.

Dan wara li l-mexxej tal-partit ghamel l-ewwel diskors tieghu gewwa l-oghla istituzzjoni tal-pajjiz;il-Parlament.

Kien diskors differenti minn dak li mdorrijin nisimghu.Diskors li juri x-differenza jistghu jaghmlu Deputati zghar fl-eta'.

Kien diskors li espona id-diversi diffikultajiet li l-poplu Malti jinsab ghaddej minnu.

Imma fl-istess hin wera' li l-Partit Laburista hu partit pozittiv.

Partit li mill-bankijiet ta' l-Oppozizzjoni ser ikun qieghed jizra id-differenza li tant jehtieg pajjizna.

Pero' fl-istess seduta waghqet il-maskla tal-Partit Nazzjonalista!

Qabel ma Dr Joseph Muscat beda bid-diskors tieghu,id-Deputati Nazzjonalisti prezenti telqu l-barra mill-kamra.

Meta tqajjem Point Of Order mill-Onorevoli Joe Debono Grech,l-Ispeaker tal-Kamra wiegeb li naha tal-Gvern ma kienitx avzata li ser jitkellem il-Kap ta' l-Oppozizzjoni.

Dan meta fil-gurnali ta' l-istess jum kien avzat li ser isehh dan l-avveniment.

Oqbra Mbajda!

L-aqwa li 'Flimkien Kollox Possibbli'.

Sunday, October 12, 2008

JUM TA' NIKET




















Illum il-poplu Malti,specjalment dawk l-eluf ta' Maltin li jghixu fin-nofsinhar ta' Malta hadu ahbar hazina.

Dan wara li thabbret il-mewt tat-tabib Karl Chircop.

Zgur li kull min kien jafu mill-qrib tilef mhux biss tabib eccellenti,izda habib ukoll.

Karl kien bniedem pozittiv ghall-ahhar.

Nuru solidarjeta' mal-familja Chircop f'dan il-mument ta' niket.