
Ghaddew aktar minn 4 xhur mill-elezzjoni generali.
Dan il-gvern tela' bl-ghajta ta' FLIMKIEN KOLLOX POSSIBBLI'.
Kliem sabih u li jaghti kuragg lill-poplu li fl-ahhar ser ikollna gvern tal-Maltin kollha u mhux ta' nofs l-elettorat biss.
L-ewwel konferma ta' kemm il-gvern tal-PN kien ser jonora din il-weghda elettorali wasslet propju wara 12-il jum mit-thabbir tar-rizultat ta' l-elezzjoni.
Il-gvern habbar li b'mod immedjat Malta saret membru fill-Partner For Peace.
L-ewwel mistoqsija li l-poplu staqsa kienet;Ma min ikkonsulta il-prim ministru u l-kabinet dwar din id-decizjoni?
Ftit jiem wara sirna nafu li l-oppozizzjoni giet mgharfa b'din id-decizjoni sempliciment permezz ta' telefona mil-vici prim ministru.
Sahansitra kien l-ex ministru ta' l-affarijiet barranin Michael Frendo li zvela li t-tema tal-PFP qatt ma' tqajmet qabel l-elezzjoni.
Ezempju iehor ta' kif il-gvern zamm mal-weghda li tant ftahar biha qabel l-elezzjoni kienet iz-zieda tas-soprataxxa minn 50 fil-mija ghal 95 fil-mija.
Mhux talli ma' kkonsulta ma hadd talli s'issa il-poplu ghadu qed jistenna li l-gvern jippubblika ir-rapport ta' l-impatt socjali li tali mizura ser thalli fuq il-konsumaturi.
Anke hawn intefa' d-dubju dwar jekk fill-verita' dan ir-rapport sarx jew le ghaliex ghandna ministru li jghid li sar imbghad johrog il-prim ministru jghid li dan ir-rapport ghadu qieghed jinhadem.
Dawn huma zewg ezempji ta' kemm il-PN jonora il-weghdi li jaghmel.
Sur prim ministru,'MIN DAHAK B'MIN?'
No comments:
Post a Comment