
Ahbar ohra mix-xena internazzjonali tittratta iz-zjara li l-President Venezwelan Hugo Chavez qieghed jaghmel gewwa r-Russja.
L-ghan ta' din iz-zjara hu sabiex il-Venezwela tixtri aktar armi sabiex tkun tista' tiddefendi ruhha mill-Istati Uniti.
Hu mistenni li Chavez jiffirma kuntratt ta' biljun dollaru f'xiri ta' armi mir-Russja li jinkludu sistemi difensivi kontra l-missili kif ukoll f'xiri ta'submarines.
Din hi s-sitt zjara li Hugo Chaves qieghed jaghmel gewwa r-Russja li permezz taghha ser ikun qed iwassal ittra lil-President Medvedev minghand l-ex President Cuban Fidel Castro.
No comments:
Post a Comment