MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Friday, October 31, 2008

WASAL IL-ZMIEN LI L-POPLU JIPPROTESTA


Iz-zmien li l-partitarji Laburisti flimkien ma' dawk kollha ta' rieda tajba jinzlu fit-toroq, wasal.
Wasal il-mument li l-poplu jaghti twissija lil dan il-Gvern bla ruh li issa qieghed jesagera bil-kbir.
Qatt daqs dan iz-zmien ma nhasset il-htiega li l-poplu jinghaqad bhala moviment wiehed sabiex iwaqqaf lil dan il-Gvern milli jkompli jirrombla minn fuqu.
Il-Partit Laburista ser ikun il-pedament ta' dan il-Moviment.Tul dawn l-ahhar xhur kienet ilha tigri l-kelma li hemm bzonn li l-poplu johrog jipprotesta.
Issa li il-Partit Laburista ser ikun qieghed jorganizza Protesta Nazzjonali,inheggu lil dawk kollha li ilhom zmien twil jilmentaw li jehtieg li jsir xi haga simili,sabiex jiehdu l-inizzjattiva u jiehdu sehem attiv f'din il-protesta.
Irridu nipprotestaw kontra l-oghli tal-hajja.
Irridu nipprotestaw kontra l-istil ta' politika li qieghed ihaddan il-Gvern li ma' jaghti kas ta' hadd.
Irridu nipprotestaw kontra it-telf ta' l-impjiegi.
Ser inkunu qeghdin nwasslu l-messagg li l-Gvern li f'pajjizna il-faqar rega' rxoxxta b'rizultat tal-falliment tal-politika tieghu.

B'din il-Protesta Nazzjonali ser inkunu qeghdin nuru li l-Gvern Nazzjonalista li l-poplu Malti kapaci jipprotesta daqs kull poplu iehor Ewropew.

Tuesday, October 28, 2008

IL-POPLU TALJAN JESPRIMI RUHU FIT-TOROQ











Fl-Italja f'dawn l-ahhar gimghatejn rajna l-poplu Taljan jaghti twissija lil-Gvern li qed imexxieh.

It-Taljani qeghdin juru li jinsabu mxebbghin bil-mod kif Silvio Berlusconi qieghed imexxi l-pajjiz.

L-ewwel Manifestazzjoni tal-massa rajniha organizzata mill-Partit Komunista Taljan;il-PDCI.

Dan il-partit hu mmexxi minn Uliviero Diliberto hu ghalkemm fl-elezzjoni generali li ghaddiet ma kienx hemm kandidati Komunisti eletti fil-Parlament,f'dawn l-ahhar xhur il-PDCI rega' zied fil-popolarita'.

It-tieni Manifestazzjoni Popolari sehhet il-gimgha li ghaddiet u kienet organizzata mill-Partit Demokratiku;il-PD.

Din kienet Manifestazzjoni massiva mmexxija mill-mexxej Veltroni fejn hu rrappurtat li hadu sehem maz-zewg miljun ruh.

Il-poplu Taljan hu mxebba' bl-imwiet fuq il-postijiet tax'xoghol,fuq gholi tal-prezzijiet,fuq nuqqas t' opportunitajiet ta' xoghol u fuq it-theddida li l-Gvern Taljan qieghed jaghmel fuq id-Demokrazjia.

F'pajjizna il-poplu Malti wkoll ghaddej minn problemi simili.Il-Gvern Malti qieghed juri li ma jimpurtahx mill-familji Maltin u qieghed jghabbihom b'pizijiet kbar.

Bir-ragun li l-poplu qieghed jistenna is-sejha tal-Partit Laburista sabiex anke hu,kif ghamel il-poplu Taljan,jipprotesta fit-toroq sabiex juri lil-Gvern tal-PN li issa qieghed jesagera bil-kbir.

Ejjew inkunu lesti ghas-sejha tal-Partit Laburista halli meta jasal il-waqt naghtu twissija serja lil-Gvern.