
Minn hawn u ftit gimghat ohra il-Partit Laburista ser ikun qieghed jifforma kumitati lokali godda fl-irhula u l-ibliet fejn nghixu.
Il-Partit Laburista beda Stagun Politiku Gdid.
Ghalhekk jehtieg li kull wiehed u wahda minna naghtu l-parti taghna halli nkomplu ngeddu dan il-partit li hu tant ghal qalbna.
Hemm bzonn li dawn il-kumitati jigu ffurmati bl-ahjar mod possibbli halli lkoll flimkien nibdew hidma kbira sabiex naghmlu il-Partit Laburista l-akbar partit f'pajjizna.

Inheggu lil membri tal-partit b'mod specjali iz-zghazagh sabiex jersqu l-quddiem u jixhtu n-nomima ghal diversi karigi li ser ikunu qeghdin jigi ikkontestati.
Zgur li ser ikunu qeghdin isibu kull appogg mehtieg mit-tmexxija u mill-amministrazzjoni tal-partit.
Il-bibien tal-partit jinsabu miftuha.
Hawn hegga kbira u ghatx ghal-hidma.
Iva fejn hemm l-ghaqda hemm is-sahha u lkoll flimkien nistghu naghmlu il-holma ta' kull min ghandu ghal-qalbu l-Partit Laburista realta'.

Issa l-waqt u int tista' tkun parti minn dan l-Istagun Politiku Gdid.