MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Saturday, June 28, 2008

IZ-ZIEDA FILL-PREZZ TAZ-ZEJT

Mistoqsija li diversi ekonomisti jistaqsu ta' sikwit hi 'X'jista jsir sabiex jitwaqqaf l-gholi fill-prezzijiet taz-zejt malajr kemm jista' jkun?'

Fost il-mizuri l-aktar diskussi nsibu dwar il-bzonn ta' aktar gharfien ghall-konsumaturi sabiex jonqos il-konsum.

Mizura ohra li tista' tkun effettiva hafna hi-Investiment f'rizorsi ta' energija alternattiva.

Zieda fill-produzzjoni taz-zejt.

Dan l-ahhar smajna kif l-Gharabja Sawdija habbret li b'mod immedjat ser tkun qeghda zzid il-produzzjoni b'aktar minn 200,000 barmil kuljum.Din l-ahbar intlaqqghet tajjeb ghaliex id-domanda ghaz-zejt kull ma' jmur qeghda tizdied.

Wasal iz-zmien li bis-serjeta' il-gvern Malti jinvesti sabiex jipprovdi access ghal- alternattivi ohra.
Mizura li nahseb li tintlaqa' b'mod pozittiv hi jekk il-gvern jaghti incentivi akbar ta' taxxa lill-konsumaturi sabiex jinvestu u jinstallaw Solar Panels fuq il-bjut.

Nistennew b'herqa reazzjoni serja' minn naha tal-gvern.

Friday, June 27, 2008

IS-SOCJALIZMU F'MALTA [2]

Qasam iehor li ra tibdil drastiku taht gvernijiet Laburisti hu dak tas-servizzi tas-Sahha.
Pass importanti kien meta l-Istat intoduca s-sistema li permezz taghha kull cittadin Malti sar intitulat ghal-kura w servizzi minghajr hlas.

Infethu ghad ta' bereg madwar il-pajjiz sabiex il-poplu jkun moqdi mill-ahjar u minghajr il-bzonn li jkollu jmur bil-fors l-isptar sabiex jinqeda.

Minn hawn insellmu lit-tabib Censu Moran li kien wiehed mill-pilastri sabiex din il-holma ta' gvern Laburista setghet issir realta'.

Qabel din ir-rivoluzzjoni fis-settur tas-Sahha wiehed kien jista' jiehu l-ahjar servizz mixtieq biss jekk seta' jhallas.Min ma kienx jiflah ihallas Alla biss jaf x'kien isir minnu.

Importanti li l-poplu jigi mfakkar dawn l-episodji halli wiehed japprezza aktar l-ghaqal li bih kienu jmexxu gvernijiet Laburisti.

Tuesday, June 24, 2008

IS-SOCJALIZMU F'MALTA

Wiehed mill-akbar akkwisti li pajjizna kiseb permezz ta gvernijiet Socjalisti fill-passat bla dubju ta' xejn sehh fis-settur ta' l-Edukazzjoni.

Jekk inharsu lura 50 sena insibu li ftit kienu dawk l-istudenti li kienu jtemmu is-Sekondarja filwaqt li-persentagg ta' dawk li kienu jattendu l-Universita' kien sahansitra izghar.

Kien gvern Laburista li ghadda l-ligi li permezz taghha l-iskola saret obligatorja sa 16 'il sena.
U hawn ma nistghux ma nsemmux lill-mibkija is-Sinjorina Agatha Barbara li hadmet bla waqfien bhala ministru ta l-Edukazzjoni biex infethu aktar minn 30 skola mifruxa ma' Malta w Ghawdex.

Kienu gvernijiet Socjalisti li fethu l-bibien ta' l-Universita' ghat-tfal tal-haddiema fejn qabel ghal-dawn l-istudenti kienet biss holma.

Zgur li t-tajjeb li ghamlu Gvernijiet Laburisti fis-settur Edukattiv ma' jista' la jcekknu u jhassru hadd.

Sunday, June 22, 2008

IL-PRIVATIZZAZJONI TAT-TARZNA

F'din l-ahhar gimgha l-gvern habbar bill-pjanijiet tieghu li jipprivatizza t-tarzna,hekk kif dawn huma l-ahhar xhur li t-tarznari jistghu jibghu jibbenifaw minn sussidji.

Immedjata r-reazjoni tal-partit Laburista li fl-interess nazzjonali lest joffri l-ghajnuna mehtiega kif kien diga wieghed ftit jiem qabel l-istess mexxej tal-partit Joseph Muscat.
L-istess ghamlet il-GWU li minn naha taghha ipproponiet li ghandu jkun hemm task force fejn il-partijiet kollha jahdmu ponn wiehed sabiex il-haddiema jsofru danni mill-inqas.

Negattiva kienet ir-risposta tal-gvern fejn sahaq li ma baqax zmien ghal xi forom godda ta dibattiti dwar jekk hemmx alternattivi ohra ghall-privatizzazjoni.Dan imur kontra l-istess slogan tal-PN ta' qabel l-elezzjoni generali 'Flimkien Kollox Possibbli'.

L-ewwel mistoqsija li nixtieq nistaqsi li l-gvern hi ghaliex baqa' jkaxkar saqajh sa l-ahhar sabiex ha d-decizjoni ghall-privatizzazjoni ta' l-azjenda?

It-tieni mistoqsija hi x'inhi r-raguni li l-gvern irid inaqqas il-haddiema propju qabel ma jkun jaf x'inhuma l-pjanijiet ta' min hu interessat jixtri it-tarzna?