


GDANSK
GDYNIA
SCZECIN
Il-parlament Pollakk il-bierah beda jiddiskuti it-tarznari fejn spikkaw l-akkuzi li kemm il-gvern u kif ukoll l-oppozizzjoni ghamlu fil-konfront ta' xulxin.
It-tarznari Pollakki jinsabu f'xifer falliment.Dan ghaliex il-gvern ma' jistax jibqa' jissusidjhom u ghalhekk it-tarzna ta' Gdansk,Gdynia u Sczecin jinsabu vicin li jghalqu ghal-kollox.
Il-kummissjoni Ewropea tat-zmien sa Settembru lil-gvern Pollakk sabiex ihejji pjan ta' privatizzazjoni.
Il-ministru tat-tezor Pollakk sostna li l-oppozizzjoni m'ghandhiex dritt tipprotesta ghaliex meta iz-zewg partiti ta' l-oppozizzjoni kienu fil-gvern m'ghamlu xejn sabiex iqajmu fuq saqajhom it-tarznari.
Minn naha l-ohra l-oppozizzjoni akkuzat lil-gvern li kien ftit tax-xhur ilu li beda jindirizza din il-problema u li fil-fatt u ftit hafna u tard wisq.
Il-gvern Pollakk ghandu xahrejn cans sabiex jipprezenta skema ta' ristrutturar u privatizzazjoni li jikkoncerna dawn it-tlett tarznari.
Jekk il-kummissjoni ma' tkunx sodisfatta b'dan il-pjan,allura tordna lit-tlett tarznari iroddu lura miljuni ta' euro li nghataw f'ghajnuna minn kemm il-Polonja ilha membru shih fl-Unjoni Ewropea.
Dan iwassal sabiex dawn it-tarznari jfallu u jintilfu 15,000 impjieg.