MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Sunday, October 5, 2008

IL-GVERN TAL-KUXJENZA SOCJALI







Il-Gvern Nazzjonalista huwa gvern b'kuxjenza socjali.Hasra li gvern bhal dan m'ghandux ministeru tar-Ruh Socjali.

Jien nirrakomanda lil Dr Gonzi sabiex jibdel il-ministeru li hu nkarigat minnu il-ministru Austin Gatt u johloq ministeru gdid li jkun ministeru tar-Ruh Socjali u jahtru ministru tieghu.

Din il-gimgha smajna lil-ministru Austin Gatt jispjegalna il-pjanijiet tal-Gvern rigward il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-hsieb tal-Gvern hu li b'mod immedjat inehhi s-surcharge minn fuq dawn il-kontijiet u minnflok idahhal tarriffi godda.

Tariffi godda li bl-introduzzjoni taghhom il-poplu Malti ser ikun qieghed ihallas kontijiet esagerati u zgur li mhux ha jkun f'pozizzjoni li jlahhaq maghhom.

Dan kollu meta il-prezz taz-zejt qieghed jorhos.

Izda il-ministru Gatt qalilna li l-Gvern ha din id-decizjoni ghaliex l-Enemalta mhix ser tkun tista' thallas il-pagi tal-haddiema u t-turbini taghha.

Dawn huma l-istess nies li meta Gvern Laburista tas-96-98 kien gholla il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ghamlu plejtu shih.

Ghamlu oppozizzjoni distruttiva tant li Gvern Laburista ma setax jibqa' ghaddej bil-hidma tieghu.

Il-poplu qieghed jistenna li l-Korpi Kostutwiti jigbdu habel wiehed u jiddefenduh bl-ahjar mod possibbli u jofru rezistenza lil dan il-Gvern.

Gvern li bil-provi ma jimpurtah minn hadd.

Lanqas minn dawk l-eluf ta' nies li vvutawlu fl-ahhar elezzjoni generali li ghaddied.

Ahseb u ara mill-bqija tal-poplu Malti!

Din m'hix l-ewwel darba li Gvern Nazzjonalista dahhal piz enormi fuq il-poplu qabel ma jhabbar il-Budget.

L-istess kien ghamel meta dahhal is-sopra taxxa fuq l-istess kontijiet.

Il-Gvern qieghed jinstiga l-inkwiet u l-incertezza f'dan il-pajjiz.

Il-poplu issa aktar minn qatt qabel jehtieg jinghaqad wara l-Partit Laburista.

U issa wasal iz-zmien li l-Moviment Tal-Haddiema juri li lest ikun tarka ghal-poplu.

Dan ghandu jkun l-ewwel sinjal li ghandu jaghti l-Partit Laburista sabiex juri lil-poplu li ser ikun qieghed jiddefendieh bl-ahjar mod possibbli u mhux ha jippermetti lil-Gvern u l-ministri tieghu jghaffguh kif behsiebhom jaghmlu.

Il-poplu qieghed jistenna wkoll li nies bhal Daphne Caruana Galizia tikteb u tghidilna x'inhi l-opinjoni taghha dwar dawn it-tariffi godda.

U mhux toqghod tahli l-energija taghha fit-tghajjir fil-konfront tal-mexxejja Laburisti.

U bil-haqq,il-poplu ghadu jistenna il-bozoz tat-tip 'energy saving' li kien imwieghed minn Dr Gonzi.