
Problema li l-pajjiz gahar taghna l-Italja qieghed jesperjenza hi dik ta' l-imigranti illegali.
F'Napli din il-gimgha rajna xeni ta' glied u mibgheda bejn ic-cittadini Taljani u nies ta' nisel Afrikan li qeghdin jghixu l-Italja.
Aktar ma jghaddi z-zmien aktar il-problemi relati ma' dan is-suggett qeghdin jizdiedu.
F'pajjizna wkoll il-poplu Malti qieghed jiffaccja problemi simili.
Dan is-sajf rajna influss kbir ta' imigranti illegali gewwa pajjizna.
Malta ma' tiflahx aktar ghal din il-pressjoni.

Il-problemi qeghdin jizdiedu anke fl-irhula fejn mijiet ta' imigranti qeghdin jistabilixxu ruhhom.
Fosthom insibu B'Bugia,Hal-Balzan,Marsa u San Pawl il-Bahar.
Jehtieg li l-Gvern Malti jqum fuq saqajh u juri lehnu mal-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea.
Pajjizna mhux ghajnuna finanzjarja biss ghandu bzonn.Jehtieg li pajjizi ohra jibdew juru solidarjeta' maghna bill-fatti u jibdew jaccettaw li jiehdu gewwa pajjizhom uhud minn dawn l-imigranti li dahlu f'Malta.
Nemmen li ahna poplu ta' qalb tajba pero' ma nistghux naghmlu aktar milli nifilhu.
Jehtieg li ninghaqdu u nigbdu habel wiehed dwar din il-problema.
Ma' jistax ikun li l-Gvern jibqa' jwebbes rasu u ma jiehux pariri li qeghdin jinghatawlu minn Partiti Politici ohra fosthom il-Partit Laburista u l-Alternattiva Demokratika.
Ikun ta' gid kbir ghal pajjizna jekk il-Partiti Politici Maltin jinghaqdu fi front wiehed u jsemmghu lehenhom flimkien fil-fora Internazzjonali forsi xi darba il-pajjizi l-kbar jibdew jaghtu kasna u jaghtuna l-ghajnuna li tant ghandna bzonn.
