MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Friday, July 18, 2008






Issa li l-istrike tat-trasport pubbliku ghadda u kollox rega' ghan-normal,nixtieq nghaddi xi kummenti ta' kif il-korp tal-pulizija aggixxa ma' l-istess membri tieghu tul dawk il-jiem li nahseb l-ebda membru tal-korp ma' jixtieq jerga jghaddi minnhom.

Fit-toroq taghna rajna prezenza kbira ta' pulizija.Haga tajba ghaliex il-poplu jhossu aktar protett f'cirkustanzi bhal dawn.

Pero' ninsab iddizgustat ta' kif dawn l-ufficcjali tal-korp kellhom jahdmu sabiex jaghmlu l-qadi ta' dmirijiethom.

Rajna pulizija li ghal-sieghat shah kienu esposti f'xemx tizreg.Minn naha taghhom bdew ifittxu kull roqa' dell fejn kien possibbli.

Nixtieq nistaqsi jekk dawn il-membri tal-korp inghatawx sun block sabiex ikunu jistghu jindilku halli jtaffu mill-hsara tax-xemx li kienu esposti ghaliha?

Nixtieq ninforma wkoll lil-oghla ufficcjali tal-korp li kienu komdi go l-ufficcji taghhom jaghtu l-ordnijiet jekk humiex konxji tal-fatt li dawk l-ufficcjali tal-pulizija li kienu ghal-sieghat shah fit-toroq lanqas biss kellhom cans jaghmlu l-bzonnijiet naturali taghhom.

Sahansitra bdejna naraw Pulizjia nisa li litteralment ma fellhux jibqghu fuq saqajhom.
U hawn nixtieq naghti hajr lil-dawk il-pulizija rgiel li bdew iserrhu lil-kollegi taghhom nisa sabiex jistriehu ghal-ftit minuti u sabiex jistkennu taht is-sigar mill-qilla tax-xemx.

Nispera li l-awtoritajiet japprezzaw il-hidma imprezzabbli li wettqu dawn il-membri tal-korp tal-pulizija.

Tuesday, July 15, 2008

APPELL GHAD-DJALOGU







Bla dubju l-aktar suggett diskuss din il-gimgha hu l-istrike tat-trasport pubbliku.S'issa din il-problema giet affrontata bi djalogu mill-inqas u z-zewg nahat taw ezempju ta' suppervja u twebbis ta' rjus.

Sitwazzjoni delikata bhal din jehtieg li z-zewg nahat jibnu djalogu bejniethom u jpoggu bilqeghda u jippruvaw jifhmu aktar lil xulxin.

Filwaqt li r-realta' gdida li qeghdin nghixu llum ma' tippermettix monopolji,minn naha l-ohra min ftit xhur ilu ghamel weghdi fierha u li kien konxju li ma' jistghux jinzammu ghandu jerfa' responsabbilta' ta' eghmilu u jara kif ha jtaffi l-wegghat ta' min hu milqut.

Nappellaw liz-zewg nahat sabiex jaghmlu hilithom u jfittxu t-triq tad-djalogu ghaliex il-konsumatur qieghed ibati ukoll minhabba dawn l-azzjonijiet.

Nixtieq ukoll nuri solidarjeta' mal-pulizija li qeghdin ikunu esposti ghal-sieghat shah ta' xoghol f'xemx tizreg.