MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Saturday, July 12, 2008

SABIEX INSALVAW ID-DINJA

Ir-rizoluzzjoni ta-PSE li titratta l-bdil fill-klima u l-energija tkompli-

AZZJONIJIET F'KULL LIVELL

L-ghazla u l-interessi tal-konsumatur huma rizorsi importanti fil-glieda kontra l-bdil fil-klima.

It-tipi ta' energija uzati fl-livelli lokali ghandhom jinfluwenzaw li c-cittadini sabiex huma wkoll jibdew juzaw energiji alternattivi.
Ghalhekk il-partiti politici ghandhom jassumu responsabilitajiet ambjentali fil-glieda kontra l-bdil fil-klima.

Jehtieg li l-Ewropa thares lejn il-kwistjoni ta' l-energija bhala element ewlieni fil-politika taghha waqt laqghat gholja li tiehu sehem fihom ma' agenti li jissupplixxu l-energija.Dan billi tenfasizza li jkunu negozjati ftehim fit-tul bejniethom sabiex tkun imsahha s-sigurta fil-provista ta' l-energija.

Is-Socjalisti Ewropej qeghdin jishqu li ser jahdmu sabiex jinvolvu il-pajjizi l-aktar zviluppati fosthom l-Istati Uniti fil-konvenzjoni tal-Gnus Maghquda li titratta l-bdil fil-klima.

Jehtieg ukoll li ssir prevenzjoni serja sabiex tigi imnaqqsa kompetizzjoni ingusta bejn pajjizi zviluppati u ohrajn inqas zviluppati.

Thursday, July 10, 2008

GVERN TAC-'CAJT'.

Il-bierah smajna ic-cajta tal-gimgha.U ghal darb'ohra kellu jkun il-ministru Gatt li jlissinha bhal ma gieli ghamel fill-passat.

Qalilna li pajjizna ghandu l-irhas prezzijiet tad-diesel u tad-dawl.U qed jistenna li l-poplu jemmnu u jaghtieh hajr ta' dan.

Li nesa' jaghmel il-ministru Gatt hu li jqabbel il-pagi tal-haddiema Maltin ma' dawk ta' haddiema ta' pajjizi ohra Ewropej.

U jekk stess jithajjar jaghmel dan l-istudju,nispera li ma jaghmilx paragun mal-pagi li jaqilghu l-haddiema fill-Bulgarija.Dan ghaliex meta konna fil-kampanja tar-Referendum,il-poplu Malti gie imwieghed li jekk insiru membri shah,Malta ser tkun qeghda thabbatha ma' l-aqwa pajjizi fl-Unjoni Ewropea.

Il-poplu qed jistenna lil-Gvern sabiex malajr kemm jista' jkun jippubblika l-istudji dwar x'impatt ser thalli fuqu iz-zieda fis-soprataxxa li minn 50 fil-mija telghet ghal-95 fil-mija.

Jekk dan ma jsirx,allura jkun sinjal car li l-Gvern ghandu x'jahbi.

Li l-hinn mill-ftahir tal-ministri u l-akkolti tal-gvern,il-poplu qed isibha difficli sabiex ilahhaq mal-hajja.

Il-familji Maltin ma' jistghux igebbdu aktar fil-paga li issa verament saret pjaga!

Lanqas hu sew li l-familji jibqghu jiccahdu minn diversi bzonnijiet biex forsi sservi l-paga.

Dan ma jawgura xejn tajjeb ghal-ekonomija.Mhux ta' b'xejn li tan-negozji kollha vuci wahda li il-bejgh mar-lura bhal-granc.

Possibbli li dan il-krib mhux jasal ghand il-prim ministru?

Jew ma jimpurtahx mill-krib tal-poplu?

Jew m'ghadx ghandu hegga biex jireagixxi ghaliex qieghed imexxi gvern ghajjien u qadim?

Aktar ma jghaddi z-zmien,aktar dan il-gvern qed jinghalaq fih innifsu u jsir aktar konservattiv.
Hu ta' vantagg ghall-partit Laburista li l-gvern immexxi mill-PN jibqa' jinghalaq fih innifsu.Izda l-aktar li jbati b'dan l-atteggjament hu l-poplu.

M'ahna ser ninsew qatt il-weghda li kien ghamel Dr Fenech Adami li Malta ha jkollha rebbiegha gdida.Ghaddew hames snin u l-poplu ghadu ma hax nifs minn dik ir-rebbiegha gdida.Anzi f'dawn il-hames snin esperjenzajna xita ta' taxxi li whud minnhom iddahhlu barra mill-budgets li jsiru kull sena sabiex jaghtu l-impressjoni li fill-budget ma' giet intodotta l-ebda taxxa.

Dan hu l-ingann ta' gvernijiet Nazzjonalisti.Daqshekk huma sensittivi dawn in-nies li hargu jghidu li 'QALBNA MALL-HADDIEMA'.

Tuesday, July 8, 2008

POLITIKA SOCJAL DEMOKRATIKA GDIDA GHAL-ENERGIJA

F' Dicembru 2006 ,il-PSE addotta rizoluzzjoni li hi msawra b'ideat dwar il-bdil fill-klima u li titratta wkoll l-Energija.

Harsa lejn il-kontenut taghha:

Lejn energija sostenibbli,indipendenti u aktar sigura.

Jehtieg strategija Ewropea ghall-energija li tindirizza it-tibdil fil-klima u l-politika ta' l-energija b'mod integrali.

Energiji godda aktar efficjenti li joffru aktar opportunitajiet ekonomici ghal-Ewropa.

Sostenn akbar fil-pjanijiet ghal-konsum ta' l-energija f'oqsma bhat-trasport pubbiku u pjanijiet urbani.

Ekonomija aktar f'sahhitha li fl-istess waqt thares il-bdil fil-klima.

Ir-rizoluzzjoni tenfasizza li hemm bzonn Ewropa bl-ahjar tahlita ta' investiment pubbliku u privat flimkien fejn l-ghazliet tal-poplu u t-tmexxija politika ikunu immirati lejn ekonomija inqas karbonizzata.