MERHBA
Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.
Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.
Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.
Grazzi bill-quddiem.
Neville Gafa'.
nevillegf@gmail.com
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.
Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.
Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.
Grazzi bill-quddiem.
Neville Gafa'.
nevillegf@gmail.com
IR-RITRATT TAL-GIMGHA
Friday, August 1, 2008
IS-SITWAZZJONI POLITIKA FL-ITALJA.
Fl-Italja ghada kemm harget statistika ta' kemm gholiet il-hajja fix-xahar ta' lulju.
Il-poplu Taljan ra zieda fl-inflazzjoni ta' 4.1% fix-xahar li ghadda,l-ikbar zieda mill-1996 -il hawn.
L-aktar prodotti li raw zieda fil-prezzijiet kienu dawk l-aktar essenzjali.Fost l-ohrajn insibu l-hobz u c-cereali b'zieda ta' 12.1%.
Ta' min jinnota wkoll il-krizi fis-settur ta' l-energija fejn il-kumpaniji gganteski taz-zejt irregistraw profitti astronomici u fl-istess waqt ic-cittadini Taljani esperjenzaw zidiet qawwija fil-prezz tal-petrol u d-diezel.
Id-diezel irregistra zieda ta' 31.4% u l-petrol zdiet bi 13%.
Zidiet ohra sehhew fuq il-tabakk b'5.4% u anke kien hemm zieda fuq it-tariffi ta' l-sms.
Il-familji Taljani li sa ftit ilu kienu jaghmlu s-sagrificcji sabiex igebbdu l-paga sa l-ahhar gimgha tax-xahar,issa wasslu fi stat li l-paga lanqas qeghda sservihom sa nofs ix-xahar.
Emmen jekk trid it-twegiba ghal dan kollu tal-prim ministru Silvio Berlusconi kienet li jehtieg li wiehed ikun ottimist.
Taht Don Berlusconi,li darba qabbel lilu nnifsu ma'Gesu Kristu,is-sinjuri qeghdin isiru aktar sinjuri filwaqt li l-haddiema qeghdin jiftaqqru.
Il-poplu Taljan mhux ha jdum wisq ma' jintebah li l-ghazla li ghamel fl-elezzjoni generali t'April li ghadda kienet zbaljata.
F'dan il-pajjiz garr taghna tinhass il-htiega lix-xellug ghandu jinghaqad sabiex il-poplu jkun jiflah jiggieled l-isfidi li ser ikun qieghed jiffaccja taht dan il-gvern lemini li l-kuxjenza socjali lanqas jaf xi tfisser ahseb u ara kemm ihaddanha.
Thursday, July 31, 2008
KEMM JINBIDLU Z-ZMIENIJIET
Ritratt fuq- Mintoff gharaf lil-Libja bhala pajjiz importanti ghal-Malta aktar minn 30 sena ilu.
Ritratt xellug- Dr Fenech Adami iqabbel fejn jaqbillu il-Partit Nazzjonalista.
Dawn il-jumejn smajna biz-zjara li l-President ta' Malta Dr Fenech Adami qed jaghmel gewwa l-Libja.
Inizjattiva li Malta ilha hafna tistenna li ssehh.Konvinti li minn laqghat bhal dawn pajjizna ghandu hafna x'jigwadanja u nheggu l-gvern Malti sabiex ikompli b'dawn il-laqghat kemm mal-pajjiz garr taghna il-Libja u kif ukoll ma' pajjizi kbar li f'dawn l-ahhar snin ir-rabtiet taghna maghhom marru lura.
Jekk wiehed imur lura fl-istorja isib li kien propju l-ex mexxej Laburista u prim ministru Dom Mintoff li hadem qatiegh sabiex isahhah ir-rabtiet ta' Malta mal-Libja.
Bis-sahha ta' din il-hbieberija li nibtet bejn dawn iz-zewg popli pajjizna ibbenefika minn hafna ghajnuniet kemm kummercjali u kif ukoll umanitarji.
Fost dawn nistghu nsemmu kif Malta kienet tixtri z-zejt minghand il-Libja bi prezz baxx ghal-hafna snin.
Ezempju iehor hu kif meta l-partit Laburista rebah il-gvern fl-1971,il-gvern intebah li ma' kellux finanzi bizzejjed sabiex ikun jista' jhallas lil-haddiema tieghu stess u kien bis-sahha ta' l-ghajnuna li nghatajna mill-gvern Libjan li dawn il-haddiema setghu jithallsu il-pagi taghhom.
Hawn tqum mistoqsija elementari.
X'kienet l-opinjoni tal-PN f'dawk iz-zmienijiet rigward dawn ir-rabtiet bejn Malta u l-Libja?
L-istorja tghidilna li il-partit Nazzjonalista kien ghal-kollox kontra dawn ir-rabtiet u sahansitra mhux l-ewwel darba li esponenti tieghu ghaddew rimarki xejn kumplimentuzi fil-konfront tal-poplu Libjan.
Izda issa li l-PN rega' jinsab fil-gvern u kif ghamel bosta snin ilu meta sab ruhu fit-tmun tal-pajjiz ma' ddejjaqx jidandan ghar-rittratti mal-mexxej Libjan Ghaddafi.
Kemm jinbidlu z-zmienijiet hux!
Id-differenza bejn l-MLP u l-PN hi li l-partit Laburista dejjem hares lejn l-interess Nazzjonali u ghalhekk 30 sena ilu hares lejn il-Libja bhala pajjiz li Malta setghet tibbenefika minn rabtiet diversi ma l-poplu Libjan.
Mhux l-istess jista' jinghad ghal-partit Nazzjonalista.
Il-PN dejjem iqis l-interess tal-partit.Meta jkun fl-oppozizzzjoni dejjem imaqdar u jara kif jaghmel biex ixekkel u meta jkun fil-gvern ibiddel il-pozizzjoni li jkun ha sabiex kemm jista' jkun jidher sabih ma' l-elettorat.
Tghid meta Dr Fenech Adami kien qrib il-kurunell Ghaddafi ftakar f'din inkonsistenza?
Tuesday, July 29, 2008
L-AHHAR ZVILUPPI DWAR IT-TARZNA
Ritratt fuq- trakk tal-linja mibni gewwa t-tarzna minn parts tal-Bedford fl-1967.
Il-kumpless tat-tarzna
Il-bierah smajna kif il-gvern ipprezenta lil-GWU l-iskemi li jrid jintroduci lil-haddiema tat-tarzna.
L-ghan tal-gvern hu li mit-tarzna jitnaqqsu ma' l-1000 haddiem.Dan ifisser li jifdal jahdmu bejn 450 u 700 haddiem.
Fatt kurjuz hu kif il-gvern ma' stenniex sakemm isir jaf x'inhuma l-pjanijiet ta' min irid jiehu t-tarzna f'idejh qabel ma jiddeciedi kemm ghandhom jitnaqqsu haddiema.
Min kif qed jagixxi, il-gvern mhux juri li lest jikkonsulta u jisma' kif jahsibha haddiehor izda qieghed jibghat sinjal li hu diga iddecieda x'ser jaghmel.
Ezempju car hu dak li qal il-ministru Tonio Fenech il-bierah stess fejn sostna li jittama li l-process ma' jittawwalx aktar bla bzonn ghaliex il-gvern qed jimmira li fil-11 ta'Awissu johrog sejha internazzjonali.
Il-poplu qieghed jistaqsi ghaliex din l-ghaggla kollha sabiex jitnaqqsu l-haddiema?
Huwa veru li Lm 41.8 miljun mis-sussisdji baqghu ma nghatawx lit-tarzna f'dawn is-snin ta' ristrutturar?
Ghaliex il-poplu inzamm fil-ghama dwar dan kollu u baqa' jinghata l-impressjoni li s-sussidji kienu qeghdin jighataw kollha?
L-appell taghna lil-gvern hu car:
Zomm f'mohhok is-servizz ta' l-oghla kwalita' li dawn il-haddiema taw lil pajjiz.
Tinsiex li fit-tarzna ta' Malta hemm haddiema b'hiliet kbar u mhux ta' min wiehed jarmihom.
Nappellaw lil-gvern sabiex jaghmel minn kollox sabiex it-tarzna tiehu dak li haqqa forsi jpatti ftit ta' l-izbalji kbar li ha fil-konfront taghha fil-passat.
Monday, July 28, 2008
IL-PN PARTIT TA' L-INGANN BILL-PROVI
Illum nixtieq infakkar kemm gvernijiet Nazzjonalisti dejjem irrikorew ghal-ingann sabiex jirbhu l-akbar ammont ta'voti fl-elezzjonijiet generali.
Wiehed minn dawn l-episodji sehh fil-kampanja elettorali ta' l-1998.Dik is-sena gvern Laburista kien sejjah elezzjoni generali minhabba problemi ta' governibilita'.
Dak iz-zmien gvern Laburista kien fiducjuz li fl-ibhra t'Ghawdex kien hemm possibilita' kbira li jinstab iz-zejt.
Pero x'kien qed jghid il-PN dwar it-tiftix taz-zejt?
L-ingann beda hekk kif il-kap tal-PN sostna ghal diversi drabi li hu kellu informazzjoni ta' min jorbot fuqha li f'Ghawdex m'hemmx zejt u kien ahjar ghal Dr sant li f'gieh is-sewwa jistqarr li kien impossibbli li l-gvern itella' z-zejt.
Ma rridux ninsew li ftit gimghat biss wara dawn l-appelli ta' Dr Fenech Adami il-PN sab ruhu ghal-darba ohra fill-gvern.
Haga ta' l-iskantament kienet li wahda mill-ewwel decizjonijiet li ha gvern Nazzjonalista tat-'98 kienet sabiex ikompli jsir it-tiftix ghaz-zejt ghaliex kienet tezisti il-possibilita' li jinstab iz-zejt.
Fl-istess hin il-PN qal li t-tiftix ghaz-zejt kien frott il-hidma ta' gvern Nazzjonalista ta' qabel 1996.
Hadd m'ghandu jinsa li kien l-istess Dr Fenech Adami li qal li kien gvern Nazzjonalista li rrezista li jsir thaffir ghaz-zejt f'Ghawdex minhabba ragunijiet ambjentali.
Dan kollu jurina kemm il-PN lest jaghmel minn kollox anke sahansitra jigdeb lill-poplu Malti sabiex jirbah is-siggu tal-poter akkost ta' kollox.
Propju ftit gimghat ilu ergajna smajna li hemm pjanijiet sabiex jerga' jibda t-thaffir ghaz-zejt.
Kemm ser idum il-PN jghaddi z-zmien bill-poplu Malti?
Subscribe to:
Posts (Atom)