Waslet is-siegha tal-prova ghal Poplu Malti.
Nhar il-Hadd post il-haddiema,anzjani,zghazagh,self employed u dawk kollha ta' rieda tajba huwa gewwa l-Belt Valletta.
Il-Partit Laburista qieghed jorganizza Manifestazzjoni ta' Kuragg fi zmien meta l-Poplu u l-Pajjiz huma b'moral baxx.
Moral baxx ghaliex il-Gvern tilef il-kuntatt mal-Poplu hu mhuwiex jintebah bil-pizijiet li qieghed ipoggi fuqu.
Nappellaw lil kullhadd sabiex f'dawn il-jiem li gejjin naghmlu hilitna sabiex nikkonvincu kemm jista' jkun nies sabiex jattendu ghal din il-Manifestazzjoni.
Irridu nwasslu l-messagg li ghalkemm il-Gvern qieghed jipprova jnessi lil Poplu biz-zieda tat-tariffi tad-dawl u l-ilma,ahna mhux talli ma nsejnihomx izda ser nattendu ghal din il-Manifestazzjoni sabiex nuru l-ghadab taghna lejn il-Gvern ghal mod kif gholla dawn it-tariffi.
Importanti li maghna ngibu l-bandiera Maltija.
Ejjew ninghaqdu wara l-mexxej Dr Joseph Muscat u t-tmexxija tal-Partit Laburista.
KURAGG POPLU.