
Matul din il-gimgha zewg pajjizi girien taghna,l-Italja u l-Libja,iffirmaw ftehim storiku.
Trattat mibni fuq kooperazzjoni u hbieberija bejn dawn iz-zewg popli li ghal snin shah kienu ghedewwa ta' xulxin.
Fl-Italja inqalghet kontroversja dwar dak li jghid Artiklu 4 ta' dan it-Trattat:
L-Italja ghandha d-dmir li timpenja ruhha sabiex l-ebda bazi militari li hemm f'pajjizha ma tintuza kemm minn NATO kif ukoll mill-Istati Uniti f'eventwalita' ta' aggressjoni kontra l-Libja.
Lill-hinn minn dan it-Trattat wiehed jistaqsi-
Kif pajjizi li tant kellhom relazzjonijiet hziena mal-Libja issa qeghdin jibdlu l-atteggjament taghhom u qeghdin jahdmu sabiex itejbu r-relazzjonijiet ma' dan il-pajjiz u fl-istess waqt pajjizna jaqa' lura fir-relazzjonijet tieghu mal-Libja?
Ghaliex gvernijiet Nazzjonalisti ma npenjawx ruhhom bizzejjed sabiex ir-relazzjonijiet li kien irnexxilna nibnu mal-Libja jissahhu aktar?
Kif tkellimna f'artiklu iehor,dan l-ahhar rajna il-President ta' Malta jaghmel zjara ufficcjali fil-Libja bil-ghan li jipprova jsewwi l-izbalji li gvernijiet immexxijin minnu ghamlu fil-konfront tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja.
Sahansitra kienu jghajjru li l-Libjani tal-habbaziz!
Irridu nammettu li pajjizna tilef opportunitajiet kbar sabiex ir-relazzjonijiet bejn dawn iz-zewg popli jibqghu jitjiebu.

Irridu nammettu wkoll li urtajna mhux darba jew tnejn li l-gvern Libjan b'xi decizjonijiet li hadna matul d

Hemm bzonn li bl-akbar serjeta' nimpenjaw ruhna u naghmlu bhal bosta pajjizi bhal Franza,l-Italja,l-Inghilterra u issa anke l-Istati Uniti sabiex ir-relazzjonijiet ta' bejn Malta u l-Libja jergghu jissahhu u jibdew ihallu rizultati pozittivi.