MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Saturday, September 27, 2008

SITT XHUR WARA L-ELLEZZJONI GENERALI




Ghaddew sitt xhur mill-Elezzjoni Generali.

Il-poplu stenna li issa li l-PN ghandu maggoranza ta' siggu wiehed fil-Parlament kien ser jibdel l-attitudni tieghu u jibda jaghti kaz aktar il-wegghat tal-poplu.

Wiehed kien jistenna wkoll li PN izomm mal-weghdi elettorali.

Izda issa li ghaddew sitt xhur mindu l-PN rega' seraq l-Elezzjoni Generali,il-poplu qieghed jesperjenza il-kontra ta' dak li gie mwieghed u li stenna mill-PN.

Jekk Dr Gonzi qed jahseb li l-Oppozizzjoni Laburista ser tibqa' kwieta qieghed jizbalja bil-kbir.

F'dawn l-ahhar xhur ta' wara l-Elezzjoni Generali l-MLP kien ghaddej minn fazi ta' tigdid bzonnjuz sabiex jipprepara ruhu ghal futur.

Il-hatra ta' Dr Joseph Muscat bhala mexxej gdid tal-Partit Laburista kienet il-bidu ta' dan il-process fejn l-istrutturi tal-partit qeghdin jigu mgedda sabiex il-Moviment tal-Haddiema ikun aktar modern u zaghzugh.

Dr Gonzi; 'The Honeymoon Is Over'.

Mill-ewwel t'Ottubru il-mexxej taghna ser isib postu fl-oghla Istizuzzjoni tal-pajjiz:il-Parlament.

Minn hemm il-Partit Laburista ha jkun qed juri lil-poplu li il-gvern ser ikun taht skrutinju kontinwu.

Ghadda z-zmien li l-ministri Nazzjonalisti jibqghu ghaddejjin minn fuq il-poplu ghaliex kienu jgawdu vantagg sostanzjali ta' siggijiet.

Dan hu gvern mibni fuq il-gideb u l-qerq.

L-atteggjament tieghu difficli jinbidel.

Ghalhekk kulhadd ghandu jaghti sehmu sabiex flimkien mal-mexxejja tal-Partit Laburista nahdmu halli meta l-gvern iwebbes rasu kontra l-interess tal-poplu,isib Oppozizzjoni soda bil-poplu Malti warajh.




FEJN HEMM L-GHAQDA

HEMM

IS-SAHHA

Sunday, September 21, 2008

VOT TA' 16-ILSENA


F'dawn l-ahhar jiem il-Partit Laburista permezz tal-mexxej tieghu Dr Joseph Muscat hareg bi proposta gdida.

Qieghed jipproponi vot ta' 16-il sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Dan huwa sinjal iehor ta' kemm dan il-partit ghandu ideat progressivi li jistghu jservu ta' bidla ghal-pajjizna.

Proposta li turi kemm il-Partit Laburista jemmen fiz-zghazagh u kemm hu lest jirrikonoxxi l-opinjoni taghhom.

Ir-reazjoni ghal din il-proposta kienet wahda pozittiva u intlaqghet tajjeb anke minn zghazagh li ma jassocjawx ruhhom mal-Partit Laburista.

Izda il-Partit Laburista ma waqafx hemm.

F'seminar li sar fil-jiem li ghaddew bit-tema 'Ewropej u Progressivi,Fiducja fiz-Zghazagh: Vot ta' 16 ghall-Kunsilli Lokali' Dr Joseph Muscat habbar li biex il-Partit Laburista ikun ta' ezempju f'dak li jemmen,ser ikun qed jipproponi li l-eta' biex guvni jew tfajla jsiru membri tal-partit tinzel minn 18 ghal 16-il sena.

Dan huwa l-mod ta' kif l-'Istagun Politiku Gdid' qieghed ihalli l-frott tieghu.

Nistiednu lil-dawk iz-zghazagh li sal-llum baqaw il-boghod mill-Partit Laburista sabiex jersqu lejn il-partit halli flimkien nibdew inwettqu it-tibdil mehtieg halli nibnu partit differenti u pajjiz ahjar.

Sunday, September 14, 2008

L-ISPTAR MATER DEI



L-isptar Mater Dei hu bla dubju 'state of the art'.

Huwa sptar mimli kumdita' kemm ghal min jidhol ghal xi vista u anke ghall-istess pazjenti.

Haga li tigbdek f'dan l-isptar hi l-indafa kemm fil-kuriduri kif ukoll fl-iswali.

Anke l-arja kondizzjonata hi ferm apprezzata, aktar u aktar f'dawn iz-zmienijiet shan.

Fatt li gibidli l-attenzjoni waqt li mort inzur xi morda hu it-tahlita ta' nisa u rgiel fl-istess kmamar ta' certu swali.

Nahseb li fatt bhal dan ma jaghmilx gieh ghal dan l-isptar.

Rajt nisa u rgiel li nizlu wara xi operazzjoni nofshom imnezzghin quddiem xulxin u ma' jistghux jaghmlu mod iehor.

Nahseb li l-morda qeghdin innezghuhom mid-dinjita' taghhom.

Possibbli li fi sptar 'state of the art' m'hemmx sistema li pazzjenti ta' sessi differenti ma' jitpoggewx flimkien?

Fatt iehor li nnutajt hu li anke certi pazzjenti b'mard mentali tpoggew ma' pazzjenti ohra wara li sarilhom intervent kirurgiku.

Dan hu nuqqas ta' rispett lejn dawn il-pazzjenti.

Nahseb li nies b'mard mentali ghandhom jitpoggew go swali apposta ghalihom ghaliex anke l-istess familjari taghhom ma jhossuhomx komdi jaraw dawn il-membri tal-familja taghhom esposti quddiem kulhadd.

Ejja nuru aktar rispett lejn il-morda u nghozzu id-dinjita' taghhom.

Thursday, September 11, 2008

INSAHHU L-ISTAGUN POLITIKU GDID



Minn hawn u ftit gimghat ohra il-Partit Laburista ser ikun qieghed jifforma kumitati lokali godda fl-irhula u l-ibliet fejn nghixu.

Il-Partit Laburista beda Stagun Politiku Gdid.

Ghalhekk jehtieg li kull wiehed u wahda minna naghtu l-parti taghna halli nkomplu ngeddu dan il-partit li hu tant ghal qalbna.

Hemm bzonn li dawn il-kumitati jigu ffurmati bl-ahjar mod possibbli halli lkoll flimkien nibdew hidma kbira sabiex naghmlu il-Partit Laburista l-akbar partit f'pajjizna.

Inheggu lil membri tal-partit b'mod specjali iz-zghazagh sabiex jersqu l-quddiem u jixhtu n-nomima ghal diversi karigi li ser ikunu qeghdin jigi ikkontestati.

Zgur li ser ikunu qeghdin isibu kull appogg mehtieg mit-tmexxija u mill-amministrazzjoni tal-partit.

Il-bibien tal-partit jinsabu miftuha.

Hawn hegga kbira u ghatx ghal-hidma.

Iva fejn hemm l-ghaqda hemm is-sahha u lkoll flimkien nistghu naghmlu il-holma ta' kull min ghandu ghal-qalbu l-Partit Laburista realta'.

Issa l-waqt u int tista' tkun parti minn dan l-Istagun Politiku Gdid.

Monday, September 8, 2008

IT-TLUQ TA' KUMPANIJA OHRA MINN PAJJIZNA


Ahbar li harget fis-sit elettroniku MaltaStar.com ma tantx tawgura tajjeb ghall-impjiegi f'pajjizna.

Atlas Technology Group temmet l-attivita' taghha gewwa pajjizna u telqet lejn l-Istati Uniti.

Din il-kumpanija li bdiet topera f'Malta f'Settembru 2006 kienet timpjega 12-il ruh.

Ta' min jghid x'kienu il-pjanijiet ta' din il-kumpanija:

Atlas Technology kellha timpjega maghha mal-75 haddiem sas-sena 2007.

Izda l-akbar ambizzjoni ta' din il-kumpanija kienet li hekk kif il-progett ta' Smart City jkun lest,Atlas Technology kellha timpjega maghha 500 persuna.

U hawn ta' min ifakkar il-ftahir tal-Ministru Austin Gatt meta sostna li l-ftuh ta'Atlas Technology f'Malta hi konferma ta' hidma tajba minn Gvern Nazzjonalista fl-ahhar snin.

Jista' l-Ministru Gatt jghidilna x'kienet ir-raguni ghaliex il-kumpanija Atlas ghalqet il-bibien taghha f'pajjizna?

Il-Gvern Malti intervjena sabiex il-kumpanija Atlas Technology tibqa' Malta?

Inheggu li l-Gvern sabiex jahdem kemm jiflah halli jhajjar kumpaniji ohra jinvestu f'pajjizna ghaliex f'Malta hawn htiega kbira ta' postijiet tax-xoghol godda.

FIDUCJA FIL-MEXXEJ IL-GDID LABURISTA


Il-mexxej tal-partit Laburista Dr Joseph Muscat qieghed jikseb il-fiducja tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Dan irruzulta fi stharrig li sar mill-gurnal Malta Today fejn 43.7% sostnew li jafdaw aktar lil Joseph Muscat filwaqt li 30.8% ghazlu lil kap Nazzjonalista Dr Lawrence Gonzi.

U dan wara biss 100 jum mill-hatra ta' kariga ta' mexxej.

Wiehed jistenna li l-attakki tal-magna tal-propaganda tal-PN jizdiedu fil-konfront tal-mexxej zaghzugh Laburista fiz-zmien li gej.

Saturday, September 6, 2008

NITGHALMU MINN PAJJIZI OHRA.


Matul din il-gimgha zewg pajjizi girien taghna,l-Italja u l-Libja,iffirmaw ftehim storiku.

Trattat mibni fuq kooperazzjoni u hbieberija bejn dawn iz-zewg popli li ghal snin shah kienu ghedewwa ta' xulxin.

Fl-Italja inqalghet kontroversja dwar dak li jghid Artiklu 4 ta' dan it-Trattat:

L-Italja ghandha d-dmir li timpenja ruhha sabiex l-ebda bazi militari li hemm f'pajjizha ma tintuza kemm minn NATO kif ukoll mill-Istati Uniti f'eventwalita' ta' aggressjoni kontra l-Libja.

Lill-hinn minn dan it-Trattat wiehed jistaqsi-

Kif pajjizi li tant kellhom relazzjonijiet hziena mal-Libja issa qeghdin jibdlu l-atteggjament taghhom u qeghdin jahdmu sabiex itejbu r-relazzjonijiet ma' dan il-pajjiz u fl-istess waqt pajjizna jaqa' lura fir-relazzjonijet tieghu mal-Libja?

Ghaliex gvernijiet Nazzjonalisti ma npenjawx ruhhom bizzejjed sabiex ir-relazzjonijiet li kien irnexxilna nibnu mal-Libja jissahhu aktar?

Kif tkellimna f'artiklu iehor,dan l-ahhar rajna il-President ta' Malta jaghmel zjara ufficcjali fil-Libja bil-ghan li jipprova jsewwi l-izbalji li gvernijiet immexxijin minnu ghamlu fil-konfront tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja.

Sahansitra kienu jghajjru li l-Libjani tal-habbaziz!

Irridu nammettu li pajjizna tilef opportunitajiet kbar sabiex ir-relazzjonijiet bejn dawn iz-zewg popli jibqghu jitjiebu.

Irridu nammettu wkoll li urtajna mhux darba jew tnejn li l-gvern Libjan b'xi decizjonijiet li hadna matul dawn l-ahhar ghoxrin sena.

Hemm bzonn li bl-akbar serjeta' nimpenjaw ruhna u naghmlu bhal bosta pajjizi bhal Franza,l-Italja,l-Inghilterra u issa anke l-Istati Uniti sabiex ir-relazzjonijiet ta' bejn Malta u l-Libja jergghu jissahhu u jibdew ihallu rizultati pozittivi.