
F'dawn l-ahhar jiem il-Partit Laburista permezz tal-mexxej tieghu Dr Joseph Muscat hareg bi proposta gdida.
Qieghed jipproponi vot ta' 16-il sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Dan huwa sinjal iehor ta' kemm dan il-partit ghandu ideat progressivi li jistghu jservu ta' bidla ghal-pajjizna.
Proposta li turi kemm il-Partit Laburista jemmen fiz-zghazagh u kemm hu lest jirrikonoxxi l-opinjoni taghhom.
Ir-reazjoni ghal din il-proposta kienet wahda pozittiva u intlaqghet tajjeb anke minn zghazagh li ma jassocjawx ruhhom mal-Partit Laburista.

Izda il-Partit Laburista ma waqafx hemm.
F'seminar li sar fil-jiem li ghaddew bit-tema 'Ewropej u Progressivi,Fiducja fiz-Zghazagh: Vot ta' 16 ghall-Kunsilli Lokali' Dr Joseph Muscat habbar li biex il-Partit Laburista ikun ta' ezempju f'dak li jemmen,ser ikun qed jipproponi li l-eta' biex guvni jew tfajla jsiru membri tal-partit tinzel minn 18 ghal 16-il sena.
Dan huwa l-mod ta' kif l-'Istagun Politiku Gdid' qieghed ihalli l-frott tieghu.
Nistiednu lil-dawk iz-zghazagh li sal-llum baqaw il-boghod mill-Partit Laburista sabiex jersqu lejn il-partit halli flimkien nibdew inwettqu it-tibdil mehtieg halli nibnu partit differenti u pajjiz ahjar.
No comments:
Post a Comment