MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Saturday, September 6, 2008

NITGHALMU MINN PAJJIZI OHRA.


Matul din il-gimgha zewg pajjizi girien taghna,l-Italja u l-Libja,iffirmaw ftehim storiku.

Trattat mibni fuq kooperazzjoni u hbieberija bejn dawn iz-zewg popli li ghal snin shah kienu ghedewwa ta' xulxin.

Fl-Italja inqalghet kontroversja dwar dak li jghid Artiklu 4 ta' dan it-Trattat:

L-Italja ghandha d-dmir li timpenja ruhha sabiex l-ebda bazi militari li hemm f'pajjizha ma tintuza kemm minn NATO kif ukoll mill-Istati Uniti f'eventwalita' ta' aggressjoni kontra l-Libja.

Lill-hinn minn dan it-Trattat wiehed jistaqsi-

Kif pajjizi li tant kellhom relazzjonijiet hziena mal-Libja issa qeghdin jibdlu l-atteggjament taghhom u qeghdin jahdmu sabiex itejbu r-relazzjonijiet ma' dan il-pajjiz u fl-istess waqt pajjizna jaqa' lura fir-relazzjonijet tieghu mal-Libja?

Ghaliex gvernijiet Nazzjonalisti ma npenjawx ruhhom bizzejjed sabiex ir-relazzjonijiet li kien irnexxilna nibnu mal-Libja jissahhu aktar?

Kif tkellimna f'artiklu iehor,dan l-ahhar rajna il-President ta' Malta jaghmel zjara ufficcjali fil-Libja bil-ghan li jipprova jsewwi l-izbalji li gvernijiet immexxijin minnu ghamlu fil-konfront tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja.

Sahansitra kienu jghajjru li l-Libjani tal-habbaziz!

Irridu nammettu li pajjizna tilef opportunitajiet kbar sabiex ir-relazzjonijiet bejn dawn iz-zewg popli jibqghu jitjiebu.

Irridu nammettu wkoll li urtajna mhux darba jew tnejn li l-gvern Libjan b'xi decizjonijiet li hadna matul dawn l-ahhar ghoxrin sena.

Hemm bzonn li bl-akbar serjeta' nimpenjaw ruhna u naghmlu bhal bosta pajjizi bhal Franza,l-Italja,l-Inghilterra u issa anke l-Istati Uniti sabiex ir-relazzjonijiet ta' bejn Malta u l-Libja jergghu jissahhu u jibdew ihallu rizultati pozittivi.

1 comment:

Anonymous said...

Il-PN dejjem kien kontra l-Libjani ghaliex kien il-Labour li fetah il-bibien lil-Libja l-ewwel.