MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Friday, May 7, 2010

DEMOKRAZIJA IMMINATA



Is-sitwazzjoni li nħolqot fl-għola isituzzjoni ta’ pajjizna, il-Parlament, nhar il-Ħamis 6 ta’ Mejju 2010, timmina s-sistema Demokratika. Dan kollu jiġġustifika id-deċiżjoni meħuda mill-Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, li naqas milli jaċċeta l-isfida tal-Mexxej Laburista li s-seduta parlamentari li kellha tiddiskuti Mozzjoni mressqa mill-Oppozizzjoni tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjoni tat-televiżjoni Nazzjonali.

Seduta li fiha assistejna għal bosta oxxenitajiet fosthom gideb u ksur ta’ regolamenti. Ħaġa tal-iskantament kif Deputat li fuqu inġiebu provi ta’ kunflitt ta’ interess mill-Oppozizzjoni, jitħalla jivvota bl-aktar mod liberu qisu xejn m’hu xejn. Gvern li jbiddel ir-regoli kif jaqbel lilu. L-istess ġara fil-kuntratt tal-BWSC, fejn anke hawn, il-Gvern biddel deċiżjoni li ttieħdet fis-sena 2006 fuq livell ta’ kabinett. Fid-dokument ‘Pjan ghall-Generazzjoni tad-Dawl 2006 – 2015’, kien deċiż li l-impjant il-ġdid tal-Power Station għandu jitħaddem bil-gass. Dan mhux biss għax hu irħass, iżda sabiex jitnaqqas il-livell ta’ tniġġiż ambjentali. Iżda dan kollu tar mar-rih għaliex ftit tas-snin wara, b’daqqa ta’ pinna, Gvern Nazzjonalista biddel ir-regoli ambjentali u ġie deċiz li għandu jintuża l-Heavy Fuel Oil sabiex jitħaddem dan l-impjant. Permezz ta’ dawn id-deċiżjonijiet ibbenefikat il-kumpanija BWSC, li rebħet il-kuntratt għal-bini tal-impjant il-ġdid.

Dan kollu jmur kontra kull etika, għaliex kif stqarr l-Awditur Generali fir-Rapport li hejja dwar l-istess kuntratt, il-proċess tal-għoti tal-kuntratt kellu jibda mill-ġdid.

Dawn l-oxxenitajiet laħqu l-qofol taghħom waqt is-seduta li ddiskutiet il-Mozzjoni mressqa mill-Oppozizzjoni Laburista. Dan għaliex inkisru bosta regolamenti fosthom li twaqqaf il-proċess ta’ vot mitluf mill-Gvern sabiex jittieħed ieħor mill-ġdid. U dan ġie segwit minn gideb sfaċċat tal-Vici Prim Ministru u l-kollegi tieghu fuq l-Onor. Justyne Caruana.

Dawn kollha huma sinjali ta’ Gvern instabbli mmexxija minn Prim Ministru dghajjef.

No comments: