MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Thursday, September 4, 2008

L-ARTIKOLISTI 'ANGLI' TAL-PN









Illum hassejt il-htiega li nikkumenta fuq sensiela ta' artikli u kummenti psataz li qeghdin jigu miktuba fil-website ta' l-'eccellenza taghha' Dapne Caruana Galizia.

Ma nistax nifhem kif dawn in-nies li tant iriduha ta' edukati li sahansitra jisthu jiktbu bil-lingwa Maltija,jaqghu fl-livell daqshekk baxx.

Wara li kellna attakk fuq il-mexxejja tal-partit Laburista fejn gew mghajra genitali ta' mara,issa din il-gimgha rega' tfacca tghajjir fil-konfront ta' Claudette Abela Baldacchino minn persuna li tikkumenta ta' spiss f'dan il-blog imsemmi.

Dan il-kumment jirrigwarda l-artiklu bit-titlu-HURRY,THE GRAVY TRAIN IS LEAVING THE STATION.I

Li skantani hu kif l-'Eccellenza taghha' Dapne Caruana Galizia mhux talli ma' ccensuratx dan il-kumment,talli kompliet maghha permezz ta' kumment taghha.

Hassejt li ghandi nibghat kumment fejn tlabt lil Daphne sabiex ma' tibqax tikteb jew tippermetti certi kummenti hamalli.

Ta' dan,inkitbu diversi kummenti fejn ikkritikawni li jien m'ghandix sens umoristiku.

Fost l-ohrajn spikka kumment mibghut minn certu Andrew Borg Cardona,li nahseb kullhadd jaf min hu.

Il-kumment jghid hekk-'Your sanctimonious,humorless pendantry echoes that of your Deputy Leader for Party Affairs wonderfully'.

Fi ftit kliem qed jghid li kemm jien kif ukoll Dr Toni Abela m'ghandniex sens umoristiku.

Dawn huma nies jappartjenu partit li ilu snin jghajjar lill-laburisti hamalli.

Inhalli f'idejkom ghall-konkluzjoni.

Naghlaq billi nifrah lil Claudette ghax- xoghol siewi li qeghda taghmel u nawguralha ghal-futur.

Konvint li dawn il-kummenti hamalli miktuba minn nies hamalli mhumiex ser iwaqqfuha milli tibqa' miexja l-quddiem.

Clau,ahna warajk.

2 comments:

Anonymous said...

Jien konvinta li kummenti bhal dawn mhumiex ha jfixklu lil Claudette fix-xoghol taghha anzi jsahhuha.
Tista tikkwotalna il website address ta' Daphne?

NEVILLE said...

il website imsemmija hi

www.daphnecaruanagalizia.com