MERHBA
Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.
Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.
Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.
Grazzi bill-quddiem.
Neville Gafa'.
nevillegf@gmail.com
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.
Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.
Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.
Grazzi bill-quddiem.
Neville Gafa'.
nevillegf@gmail.com
IR-RITRATT TAL-GIMGHA
Tuesday, September 2, 2008
ZGUR EMERGENZA?
Dan l-ahhar smajna hafna dwar il-kampanja 'ZGUR EMERGENZA'.
L-ghan kien li l-pubbliku jsir konxju li mhux ghal-icken problema ta' sahha li jkollu jmur l-Emergenza ta' l-isptar Mater Dei.
Qalulna li s-sena l-ohra dahlu ma l-111,688 persuna u li minnhom kienu 22,848 biss li kienu veru emergenza.
Pero' il-gvern kemm qieghed jahdem sabiex l-alternattivi ghal-Emergenza ta' Mater Dei ikunu attrezzati tajjeb bizzejjed?
Qeghdin nirreferu ghac-centri tas- sahha li ghandna f'bosta bliet u rhula Maltin.
L-istess centri li kienu nfethu minn-gvernijiet Laburisti tas-snin 80 li dak iz-zmien kienu jissejhu Poliklinici.
Dawn ic-centri kienu jaghtu servizz mill-aqwa ghal-kazijiet fejn nies bi problemi ta' sahha inqas gravi kienu jmorru fihom u jinghataw il-kura mehtiega minghajr ma jkollhom bzonn bil-fors imorru l-isptar.
Kien gvern Nazzjonalista li ha decizjoni u naqqas drastikament il-hinijiet li dawn ic-centri tas-sahha setghu jaghtu servizz.
Decizjoni li suppost kienet wahda temporanja izda saret permanenti.
Allura kif l-awtoritajiet tas-sahha jippretendu li l-poplu ma jmurx l-Emergenza ta' l-isptar Mater Dei meta jaf li ma jistax jiehu l-aqwa servizz f'dawn ic-centri?
Ma nahsibx li hu ta' pjacir ghall-marid li jmur l-Emergenza u jaghmel bejn 6 u 8 sieghat jistenna sakemm jinghata servizz.
Dan kollu juri li mhux talli l-gvern ma kompliex jinvesti kif inhu xieraq fic-centri tas-sahha izda talli fl-Emergenza ta' l-isptar 'State of the art' hemm nuqqas kbir ta' tobba u infermiera.
Minn hawn nixtieq nuri l-apprezzament tieghi lejn it-tobba u l-infermiera li jahdmu f'dan id-dipartiment ghaliex litteralment jaghmlu l-mirakli sabiex ilahhqu mal-pazjenti kollha.
Hemm bzonn li l-gvern jintebah li jekk irid li d-dipartiment ta' l-Emergenza fl-isptar nazzjonali jintuza biss ghal-kazijiet li huma veru ta' emergenza,ifassal pjan sabiex ic-Centri tas-Sahha jerghu jinghataw spinta u jergghu jibdew jintuzaw tajjeb bhalma kienu fil-passat.
Hekk biss nistghu naghmlu id-dipartiment ta' l-Emergenza jahdem kif suppost.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment