MERHBA
Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.
Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.
Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.
Grazzi bill-quddiem.
Neville Gafa'.
nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
Friday, August 1, 2008
IS-SITWAZZJONI POLITIKA FL-ITALJA.
Fl-Italja ghada kemm harget statistika ta' kemm gholiet il-hajja fix-xahar ta' lulju.
Il-poplu Taljan ra zieda fl-inflazzjoni ta' 4.1% fix-xahar li ghadda,l-ikbar zieda mill-1996 -il hawn.
L-aktar prodotti li raw zieda fil-prezzijiet kienu dawk l-aktar essenzjali.Fost l-ohrajn insibu l-hobz u c-cereali b'zieda ta' 12.1%.
Ta' min jinnota wkoll il-krizi fis-settur ta' l-energija fejn il-kumpaniji gganteski taz-zejt irregistraw profitti astronomici u fl-istess waqt ic-cittadini Taljani esperjenzaw zidiet qawwija fil-prezz tal-petrol u d-diezel.
Id-diezel irregistra zieda ta' 31.4% u l-petrol zdiet bi 13%.
Zidiet ohra sehhew fuq il-tabakk b'5.4% u anke kien hemm zieda fuq it-tariffi ta' l-sms.
Il-familji Taljani li sa ftit ilu kienu jaghmlu s-sagrificcji sabiex igebbdu l-paga sa l-ahhar gimgha tax-xahar,issa wasslu fi stat li l-paga lanqas qeghda sservihom sa nofs ix-xahar.
Emmen jekk trid it-twegiba ghal dan kollu tal-prim ministru Silvio Berlusconi kienet li jehtieg li wiehed ikun ottimist.
Taht Don Berlusconi,li darba qabbel lilu nnifsu ma'Gesu Kristu,is-sinjuri qeghdin isiru aktar sinjuri filwaqt li l-haddiema qeghdin jiftaqqru.
Il-poplu Taljan mhux ha jdum wisq ma' jintebah li l-ghazla li ghamel fl-elezzjoni generali t'April li ghadda kienet zbaljata.
F'dan il-pajjiz garr taghna tinhass il-htiega lix-xellug ghandu jinghaqad sabiex il-poplu jkun jiflah jiggieled l-isfidi li ser ikun qieghed jiffaccja taht dan il-gvern lemini li l-kuxjenza socjali lanqas jaf xi tfisser ahseb u ara kemm ihaddanha.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment