MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Tuesday, July 29, 2008

L-AHHAR ZVILUPPI DWAR IT-TARZNA



Ritratt fuq- trakk tal-linja mibni gewwa t-tarzna minn parts tal-Bedford fl-1967.


Il-kumpless tat-tarzna




Il-bierah smajna kif il-gvern ipprezenta lil-GWU l-iskemi li jrid jintroduci lil-haddiema tat-tarzna.

L-ghan tal-gvern hu li mit-tarzna jitnaqqsu ma' l-1000 haddiem.Dan ifisser li jifdal jahdmu bejn 450 u 700 haddiem.

Fatt kurjuz hu kif il-gvern ma' stenniex sakemm isir jaf x'inhuma l-pjanijiet ta' min irid jiehu t-tarzna f'idejh qabel ma jiddeciedi kemm ghandhom jitnaqqsu haddiema.

Min kif qed jagixxi, il-gvern mhux juri li lest jikkonsulta u jisma' kif jahsibha haddiehor izda qieghed jibghat sinjal li hu diga iddecieda x'ser jaghmel.

Ezempju car hu dak li qal il-ministru Tonio Fenech il-bierah stess fejn sostna li jittama li l-process ma' jittawwalx aktar bla bzonn ghaliex il-gvern qed jimmira li fil-11 ta'Awissu johrog sejha internazzjonali.

Il-poplu qieghed jistaqsi ghaliex din l-ghaggla kollha sabiex jitnaqqsu l-haddiema?

Huwa veru li Lm 41.8 miljun mis-sussisdji baqghu ma nghatawx lit-tarzna f'dawn is-snin ta' ristrutturar?

Ghaliex il-poplu inzamm fil-ghama dwar dan kollu u baqa' jinghata l-impressjoni li s-sussidji kienu qeghdin jighataw kollha?

L-appell taghna lil-gvern hu car:

Zomm f'mohhok is-servizz ta' l-oghla kwalita' li dawn il-haddiema taw lil pajjiz.

Tinsiex li fit-tarzna ta' Malta hemm haddiema b'hiliet kbar u mhux ta' min wiehed jarmihom.

Nappellaw lil-gvern sabiex jaghmel minn kollox sabiex it-tarzna tiehu dak li haqqa forsi jpatti ftit ta' l-izbalji kbar li ha fil-konfront taghha fil-passat.

1 comment:

Anonymous said...

Il-PN ilu jahdem sabiex it-tarzna tmut mewta naturali minn mindu rebah l-elezzjoni ta' 1987.
Ejja ma' ninsewx kemm kienu jxewxu l-poplu kontra dawn il-haddiema u wiehed m'ghandux jehodha bi kbira lit-tarzna waslet s'hawn.
Kollu frott hidma ta' gvernijiet Nazzjonalisti.