MERHBA
Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.
Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.
Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.
Grazzi bill-quddiem.
Neville Gafa'.
nevillegf@gmail.com
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.
Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.
Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.
Grazzi bill-quddiem.
Neville Gafa'.
nevillegf@gmail.com
IR-RITRATT TAL-GIMGHA
Thursday, July 31, 2008
KEMM JINBIDLU Z-ZMIENIJIET
Ritratt fuq- Mintoff gharaf lil-Libja bhala pajjiz importanti ghal-Malta aktar minn 30 sena ilu.
Ritratt xellug- Dr Fenech Adami iqabbel fejn jaqbillu il-Partit Nazzjonalista.
Dawn il-jumejn smajna biz-zjara li l-President ta' Malta Dr Fenech Adami qed jaghmel gewwa l-Libja.
Inizjattiva li Malta ilha hafna tistenna li ssehh.Konvinti li minn laqghat bhal dawn pajjizna ghandu hafna x'jigwadanja u nheggu l-gvern Malti sabiex ikompli b'dawn il-laqghat kemm mal-pajjiz garr taghna il-Libja u kif ukoll ma' pajjizi kbar li f'dawn l-ahhar snin ir-rabtiet taghna maghhom marru lura.
Jekk wiehed imur lura fl-istorja isib li kien propju l-ex mexxej Laburista u prim ministru Dom Mintoff li hadem qatiegh sabiex isahhah ir-rabtiet ta' Malta mal-Libja.
Bis-sahha ta' din il-hbieberija li nibtet bejn dawn iz-zewg popli pajjizna ibbenefika minn hafna ghajnuniet kemm kummercjali u kif ukoll umanitarji.
Fost dawn nistghu nsemmu kif Malta kienet tixtri z-zejt minghand il-Libja bi prezz baxx ghal-hafna snin.
Ezempju iehor hu kif meta l-partit Laburista rebah il-gvern fl-1971,il-gvern intebah li ma' kellux finanzi bizzejjed sabiex ikun jista' jhallas lil-haddiema tieghu stess u kien bis-sahha ta' l-ghajnuna li nghatajna mill-gvern Libjan li dawn il-haddiema setghu jithallsu il-pagi taghhom.
Hawn tqum mistoqsija elementari.
X'kienet l-opinjoni tal-PN f'dawk iz-zmienijiet rigward dawn ir-rabtiet bejn Malta u l-Libja?
L-istorja tghidilna li il-partit Nazzjonalista kien ghal-kollox kontra dawn ir-rabtiet u sahansitra mhux l-ewwel darba li esponenti tieghu ghaddew rimarki xejn kumplimentuzi fil-konfront tal-poplu Libjan.
Izda issa li l-PN rega' jinsab fil-gvern u kif ghamel bosta snin ilu meta sab ruhu fit-tmun tal-pajjiz ma' ddejjaqx jidandan ghar-rittratti mal-mexxej Libjan Ghaddafi.
Kemm jinbidlu z-zmienijiet hux!
Id-differenza bejn l-MLP u l-PN hi li l-partit Laburista dejjem hares lejn l-interess Nazzjonali u ghalhekk 30 sena ilu hares lejn il-Libja bhala pajjiz li Malta setghet tibbenefika minn rabtiet diversi ma l-poplu Libjan.
Mhux l-istess jista' jinghad ghal-partit Nazzjonalista.
Il-PN dejjem iqis l-interess tal-partit.Meta jkun fl-oppozizzzjoni dejjem imaqdar u jara kif jaghmel biex ixekkel u meta jkun fil-gvern ibiddel il-pozizzjoni li jkun ha sabiex kemm jista' jkun jidher sabih ma' l-elettorat.
Tghid meta Dr Fenech Adami kien qrib il-kurunell Ghaddafi ftakar f'din inkonsistenza?
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
1 comment:
L-ispizjar milli jkollu jaghtik.
Dawn l-erba' kelmiet veru jixirqu lil-PN.Ma ninsewx li bhal ma' ghamlu rigward il-Libja,ghamlu l-istess fuq ic-Cina,li sahansitra kienu jiddiehku bic-cinizi ghax wicc wiehed skond huma,kif ukoll mar-Russja,pajjiz li Malta Socjalista kellha rabtiet tajba maghha.
Post a Comment