MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Saturday, August 30, 2008

ONE TV


One tv ,l-istazzjon televiziv tal-partit Labutista huwa mezz importanti sabiex il-partit iwassal il-messagg tieghu fid-djar tan-nies.

F'dawn l-ahhar snin rajna zieda qawwija fil-popolarita' ta' dan l-istazzjon u dan jixhduh diversi surveys mtella' mill-Awtorita' tax-Xandir.

Hafna negozji ghazlu One Tv sabiex jirreklamaw il-prodotti taghhom fuqu ghaliex huma konxji mill-fatt li dan l-istazzjon huwa segwit minn eluf ta' telespettaturi.

Hawn irridu infahhru kull min b'xi mod huwa involut fl-istazzjon ghaliex bil-kontribut tieghu dan is-success sar realta'.

Izda x'inhu l-ghan li ghalieh twaqqaf One Tv?

Kif ga ghidna One Tv twaqqaf sabiex il-partit Laburista ikollu mezz iehor ta' kif iwassal il-messagg u l-politika tieghu.

Mistoqsija li hafna laburisti qeghdin jistaqsu hi jekk One Tv hux jintuza tajjeb bizzejjed sabiex jilhaq dan il-ghan.

Nahseb li f'One Tv tinhass il-htiega ghal bidla.Ir-ruh politika ta' dan l-istazzjon kull ma jmur qeghda tintilef.

Qeghdin naraw hafna programmi b'temi diversi u wiehed jaqbel li dan qed isir ghaliex b'hekk l-istazzjon ikun qieghed jolqot il-gosti ta' kullhadd.

Izda One Tv jinsab mahkum minn nixfa ta' programmi b'temi politici.U dan in-nuqqas ilu jinhass ghal zmien mhux hazin sahansitra anke qabel il-kampanja elettorali.

Qeghdin nehlu hafna rizorsi u qeghdin naqghu lura fil-konfront ta' l-avversarji politici taghna li kuntrajament ghalina,ghandhom hafna forcini fuq mezzi tax-xandir lokali ohra.

Ghandna hafna gurnalist kapaci li m'ahniex naghtuhom ic-cans jimbuttaw il-politika tal-Partit Laburista.

Jekk irridu ghandna biex intellghu programmi politici kulljum.

Minflok li qeghdin niehdu vantagg li One Tv ghandu l-akbar uddjenza,qeghdin nintilfu fi programmi li m'ghandhom l-ebda tema politika u allura awtomatikament m'ahniex inwasslu il-messagg tal-Partit.

Inutli niftahru u ndumu xhur nirrekklamaw li One Tv rebah ma'17 il-Oscar biex fl-istess waqt tlifna l-elezzjoni generali.

Din hi l-akbar xhieda li l-ghan li ghalih inholoq One Tv falla.

Ma jistax ikun nibqghu nirrepetu l-izball fahxi li ghamilna is-sena li ghaddiet.

Ezempju car huwa l-ghazla li ghamilna ghal jum tal-gimgha filghaxija.Mela ghandek l-istazzjon Nazzjonali li ta' kull nhar ta' gimgha jtella' il-programm Xarabank liema programm kullhadd jaf li jizbilancja mhux ftit mal-Partit Laburista.Imbghad ahna nirribattuh bil-programm Showtime.

Dan hu fatt tal-misthija ghax min qed imexxi l-istazzjon kien jaf li l-elezzjoni generali kienet fil-vicin.Jaqbdek il-biki meta f'Xarabank konna naraw politika partiggjana organizzata kontra il-Partit laburista u fl-istess hin fuq l-istazzjon taghna kienu jitwerew diski u zfin.

F'One Tv tinhass il-htiega ghal-bidla.

Irridu nirfinaw ukoll fejn ghandu x'jaqsam l-Ahbarijiet.Ma jistax ikun nibqghu inxandru bulettini ta' l-Ahbarijiet mimlija b'negattivita' mill-bidu sa' l-ahhar.

Il-floating voter m'ahniex nattirawh b'din in-negattivita' kollha.

Proposta ohra hi li fil-programmi politici li eluf ta' telespettaturi qeghdin jistennew bi hgarhom fl-iskeda l-gdida hi li nibdew naraw kandidati godda li hafna minna ma nkunux nafu min huma.Imbghad nippretendu li fl-elezzjoni generali nivvutawlhom minghajr qatt ma' nkunu smajna l-argumenti politici taghhom.

Hemm hafna xoghol xi jsir f'One Tv u ejja ma' ndumux ma' nibdew inwettqu il-bidla mehtiega ghaliex iz-zmien ma jistenna lil-hadd.

1 comment:

Anonymous said...

Naqbel hafna ma dak li ktibt.Inutli noqghodu ninhbew.Il-verita hi li m'ahniex niehdu l-frott mixtieq mil-istazzjon taghna.
Hemm bzonn ta bidla u rridu niffukaw fuq il-programmi ta' natura politika.