MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Sunday, August 24, 2008

SFRUTTAMENT TAL-HADDIEMA


Dan l-ahhar qeghdin nisimghu hafna kazi ta' sfruttament tal-haddiema f'pajjizna.

U dan mhux qed isir f'settur jew tnejn,izda f'diversi setturi ta' xoghol.

Illum minix ha nidhol fid-dettal ta' kif mijiet ta' haddiema f'oqsma differenti qeghdin jghaddu minn dan il-kalvarju gewwa pajjizna izda ser niffoka fuq post tax-xoghol partikolari.

Ser nikteb dwar kumpanija li topera fis-settur elettroriku fis-suq taghna.

Sigriet maghruf huwa li hemm bosta haddiema gewwa din il-fabbrika li issa ilha topera f'Malta ghal ghexiren ta' snin li qeghdin jigu sfruttati bla kuxjenza ta' xejn.

Dawn il-haddiema qeghdin jigu mgeghla jahdmu sieghat twal kulljum u f'certu kazi sahansitra dawn jammontaw ghal 70 siegha u aktar fil-gimgha.

Dawn il-haddiema jaqghu taht il-kategorija ta' dawk li l-aktar ilhom jahdmu ma' din il-kumpanija.

Dan ghaliex huma ghandhom l-ahjar pagi fost il-haddiema kollha ta' din il-kumpanija ghas-semplici raguni li ilhom hafna impjegati maghha u ghalhekk gawdew minn ghadd ta' ftehim kollettiv li bis-sahha taghhom raw zidiet sostanzjali fis-salarji taghhom.

Hafna minn dawn il-haddiema ghandhom obbligi ma' banek lokali li maghom ghamlu self sabiex ikunu jistghu jixtru proprjetajiet halli jkollhom fejn jghixu u anke self iehor fosthom fuq karozzi.

Hemm ukoll haddiema li ghandhom responsabbilta' ta' familja ghaliex huma missierijiet jew ommijiet.

Il-punt huwa dan:

Dawn il-haddiema qeghdin jigu kostretti ma' jirrifjutawx dawn is-sieghat kollha ta' sahra ghaliex jafu li jekk ma jaghmlux hekk il-kbarat joqghodu b'seba' ghajnejn fuqhom halli malli xi hadd minnhom jaghmel xi zball dawn jitfghuh il-barra.

Wiehed jista' jimmagina it-tensjoni li hakmet lil dawn il-haddiema li mhux qed jghixu izda jezistu.

Numru sostanzjali minn dawn il-haddiema jahdmu dawn is-sieghat kollha bil-wieqfa.Wiehed jista' jimmagina l-ghejja fizika minnbarra dik mentali li qeghda tahkimhom.

Qeghdin iqattghu hafna hin il-boghod minn djarhom u minn familthom.

Hemm kazijiet fejn kien hemm sfaxxar ta' familji.

Il-gvern jaf b'dawn l-abbuzi li qeghdin isehhu u jekk jaf x'passi qed jiehu jew qed jibqa' skantat quddiem din is-sitwazzjoni?

1 comment:

Anonymous said...

Possibbli qed isehhu dawn il-hwejjeg kontra l-haddiem f'pajjizna?
Ergajna morna lura 50 sena.