MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Friday, May 7, 2010

DEMOKRAZIJA IMMINATA



Is-sitwazzjoni li nħolqot fl-għola isituzzjoni ta’ pajjizna, il-Parlament, nhar il-Ħamis 6 ta’ Mejju 2010, timmina s-sistema Demokratika. Dan kollu jiġġustifika id-deċiżjoni meħuda mill-Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, li naqas milli jaċċeta l-isfida tal-Mexxej Laburista li s-seduta parlamentari li kellha tiddiskuti Mozzjoni mressqa mill-Oppozizzjoni tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjoni tat-televiżjoni Nazzjonali.

Seduta li fiha assistejna għal bosta oxxenitajiet fosthom gideb u ksur ta’ regolamenti. Ħaġa tal-iskantament kif Deputat li fuqu inġiebu provi ta’ kunflitt ta’ interess mill-Oppozizzjoni, jitħalla jivvota bl-aktar mod liberu qisu xejn m’hu xejn. Gvern li jbiddel ir-regoli kif jaqbel lilu. L-istess ġara fil-kuntratt tal-BWSC, fejn anke hawn, il-Gvern biddel deċiżjoni li ttieħdet fis-sena 2006 fuq livell ta’ kabinett. Fid-dokument ‘Pjan ghall-Generazzjoni tad-Dawl 2006 – 2015’, kien deċiż li l-impjant il-ġdid tal-Power Station għandu jitħaddem bil-gass. Dan mhux biss għax hu irħass, iżda sabiex jitnaqqas il-livell ta’ tniġġiż ambjentali. Iżda dan kollu tar mar-rih għaliex ftit tas-snin wara, b’daqqa ta’ pinna, Gvern Nazzjonalista biddel ir-regoli ambjentali u ġie deċiz li għandu jintuża l-Heavy Fuel Oil sabiex jitħaddem dan l-impjant. Permezz ta’ dawn id-deċiżjonijiet ibbenefikat il-kumpanija BWSC, li rebħet il-kuntratt għal-bini tal-impjant il-ġdid.

Dan kollu jmur kontra kull etika, għaliex kif stqarr l-Awditur Generali fir-Rapport li hejja dwar l-istess kuntratt, il-proċess tal-għoti tal-kuntratt kellu jibda mill-ġdid.

Dawn l-oxxenitajiet laħqu l-qofol taghħom waqt is-seduta li ddiskutiet il-Mozzjoni mressqa mill-Oppozizzjoni Laburista. Dan għaliex inkisru bosta regolamenti fosthom li twaqqaf il-proċess ta’ vot mitluf mill-Gvern sabiex jittieħed ieħor mill-ġdid. U dan ġie segwit minn gideb sfaċċat tal-Vici Prim Ministru u l-kollegi tieghu fuq l-Onor. Justyne Caruana.

Dawn kollha huma sinjali ta’ Gvern instabbli mmexxija minn Prim Ministru dghajjef.

Wednesday, April 21, 2010


Tmienja minn tmien punti li semma l-PL gew ikkonfermati.

Ir-rapport tal-Awditur Generali dwar l-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara jikkonferma irregolaritajiet serji fil-process tal-ghoti tal-kuntratt. Jekk il-Prim Ministru huwa kuntent bl-irregolaritajiet li sab l-Awditur Generali fl-ghoti ta’ dan il-kuntratt, allura jikkonferma li l-istandards ta’ Lawrence Gonzi huma ferm baxxi mill-istandards li jistenna l-Partit Laburista f’kuntratti ta’ dan it-tip.

Fir-reazzjoni inizjali tieghu l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat qal li r-rapport tal-awditur generali jikkonferma tmienja mit-tmien punti li l-Oppozizzjoni qajmet fid-dibattitu kollu dwar dan il-kuntratt.

Ghal dawn in-nuqqasijiet gravi, se jhallas il-poplu Malti u se jhallas b’sahhtu u bi flusu, sostna l-Mexxej Laburista.

Dr Muscat irrimarka kif l-Awditur qaghad attent hafna fi kliemu meta ma qalx li ma sabx korruzzjoni, izda ma sabx sinjali ta’ EVIDENZA KONKLUSSIVA TA’ KORRUZZJONI.

Huwa qal li l-awditur f’pagna 120 jghid li: “Izjed minn hekk l-Ufficcju Nazzjonali tal-Awditur isostni li dawn l-allegazzjonijiet iqajmu dubji serji u thassib, izjed u izjed f’dawk il-kazi fejn ma nghatawx spjegazzjonijiet sodisfacenti waqt din l-inkjesta. Fil-fatt, jinhass li x-xhieda ta’ certi persuni mhaddla f’ dan il-kaz, specjalment is-Sur Joseph Mizzi, li gie msejjah mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Awditur fi tlett okkazjonijiet separati kienet EVAZIVA, kultant BLA EBDA KOLLABORAZZJONI TA’ XEJN, u spiss qal li MA JIFTAKARX meta mistoqsi certi MISTOQSIJIET DIRETTI.”

L-NAO jghid li l-kuntratt kellu jieqaf u c-Chairman jirrezenja

Joseph Muscat qal li l-Awditur “ihares b’mod dubjuz” lejn decizjoni tal-Enemalta u Kuntratti li jibqghu ghaddejjin minkejja bidla fil-ligi tal-emissjonijiet.

Skont l-Awditur kien ikun ahjar li kieku l-kuntratt kellu jitwaqqaf u jerga’ jinhareg, sostna Dr Muscat.

L-Awditur Generali jghid li qabel iddikjara li kellu kunflitt ta’ interess, ic-Chairman tal-Enemalta, Alex Tranter appunta l-membri tal-board tal-aggudikazzjoni u bord tal-evalwazzjoni qabel iddikjara kunflitt ta’ interess. Fid-decizjoni tieghu d-Dipartiment tal-Kuntratti joqghod fuq il-parir taz-zewg bordijiet.

L-Awditur Generali jghid li c-Chairman kellu jirrizenja.

Madankollu Lawrence Gonzi u Austin Gatt iddefendew lil Alex Tranter f’kull okkazjoni li kellhom. Dr Muscat ikkwota mistoqsija parlamentari f’Novembru li ghadda li saret minn Dr Anglu Farrugia fejn Austin Gatt jghid li c-Chairman tal-Enemalta “ma ghandu ebda kunflitt ta’ interess”.

Dan filwaqt li l-Awditur Generali hareg jghid mod iehor, sostna Dr Muscat.

Nuqqasijiet mill-Enemalta dwar l-ghazla tal-Lahmayer International

Joseph Muscat irrimarka kif l-Awditur Generali jikkummenta dwar l-ghazla ta’ Lahmayer International fejn qal li ma sarux il-verifiki necessarji biex jaraw ir-reputazzjoni tal-kumpanija filwaqt li l-Awditur ikkonferma li l-Lahmayer hija blacklisted mill-Bank Dinji.

L-Awditur ikkonferma wkoll il-fatt li l-Lahmayer, li evalwat it-teknologija li kellha tintghazel, u l-BWSC kellhom l-istess agent f’Malta.

Dwar dan f’pagna 115 l-Awditur jishaq li: “The Office was not convinced of the explanations given” mill-Ufficjali tal-Enemalta li kienu qed jixdhu b’ gurament dwar Lahmayer.

Nuqqas ta’ koperazzjoni

Dr Muscat irrimarka l-kumment tal-awditur li qa li kien hemm “nuqqas ta’ koperazzjoni minn certu partijiet interessati li ppreferew jghidu li ma jiftakrux certu informazzjoni u avvenimenti li graw. Kaz partikolari kien is-Sur Joseph Mizzi.”

Il-Mexxej Laburista qal li l-Awditur Generali jikkonferma li Joseph Mizzi nghata informazzjoni minn gewwa, imma ma setghux isibu min ghadda din l-informazzjoni.

L-Awditur jirrimarka wkoll li ma fehemx ghaliex din l-ghaggla kollha fl-iffirmar tal-kuntratt (bla kameras). Dan minbarra li kien hemm numru ta’ nuqqasijiet amministrattivi min-naha tal-Enemalta u Dipartiment tal-Kuntratti.

Joseph Muscat qal li l-Awditur Generali jghid ukoll li l-Enemalta hadet decizjoni riskjuza meta marru ghal teknologija gdida minflok ghal wahda ippruvata u ttestjata. Dan ifisser li se naghmlu esperiment bil-familji u t-tfal Maltin.

Dwar ir-raguni ghalfejn Batemen ma ghamlux rapprezentazzjonijiet legali l-Awditur jghid li l-Enemalta ma infurmatx li nghata tender u ghalhekk gie michud dritt ta’ appell.

Joseph Muscat qal li l-Gvern kien dghajjef hafna fin-negozjati u sahansitra ffirma kuntratt b’ penali ta’ €300m. Dan filwaqt li diga’ thallsu €39m.

Ir-rapport jghid ukoll li kien ghadu ma giex ffirmat maintenance agreement u li aghar minn hekk se tkun l-Enemalta li thallas il-penali jekk il-BWSC ma jittardjaw milli jaghmlu l-power station wara ammont ta’ zmien. Jirrimarka wkoll li ma kienx hemm studju dwar feasibility u EIA.

Dr Muscat qal li l-BWSC ma humiex jaghtu garanzija jekk hux il-livell ta’ emissjoni hux se jkun oghla minn dak imwieghed fil-kuntratt.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni sostna li ghal dawn in-nuqqasijiet gravi, se jhallas il-poplu Malti u se jhallas b’sahhtu u bi flusu, temm Dr Muscat.

Saturday, April 17, 2010

Il-Mudell ta’ Gvern Demokratiku


Il-bażi ta’ kull Gvern elett mill-poplu għandha tkun imsawwra fuq id-Demokrazija. Dan jiġi attwat billi l-Gvern jassigura il-parteċipazzjoni ta’ kull individwu fit-tfassil tal-politika tieghu fl- oqsma diversi. Dan għandu jsir billi jaddotta metodi ta’ tmexxija b’konsultazzjoni li jinkoraġġixxu liċ-ċittadini sabiex ikunu aktar parteċipi fit-teħid tad- deċiżjonijiet.

Tmexxija Demokratika tkompli tissaħħaħ meta t-Trasparenza tingħata priorita’ assoluta. Dan għaliex b’hekk il-Gvern ikun qiegħed jagħlaq il-bibien għal kull xorta ta’ abbuż. U din it-trasparenza għandha tkun kemm fl-operat tal-Ministri kif ukoll fl-operat tal-haddiema tagħhom. It-Trasparenza titlob ukoll skrutinju kontinwu tad-Dipartimenti kollha Governattivi speċjalment fejn jidħlu is-servizzi li joffru.

Tmexxija tajba għandha tassigura l-akbar serjeta’ u għaqal fl-infieq tal-fondi pubbliċi. Dan sabiex il-flus miġbura mit-taxxi, jintefqu fl-aħjar interess tal-poplu.

Il-Kontabilita’ għandha tkun priorita’ ohra ta’ Gvern serju. Għaldaqstant, il-Gvern għandu d-dmir iżomm lilu nnifsu miftuħ għal kull skrutinju kemm intern kif ukoll estern. Dan kollu ghandu jwassal sabiex it-tmexxija tkun waħda serja fl-operat tagħha. Kemm it-trasparenza kif ukoll il-kontabilita’ jwasslu għal imġieba ahjar u jghinu sabiex l-interess tal-poplu, b’mod speċjali fejn jidħlu deciżjonijiet, jipprevali fuq dak politiku.

Il-kompetenza hi fattur iehor importanti sabiex il-pajjiż ikollu Gvern serju. Huwa d-dmir ta’ l-awtoritajiet li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jiġu meħuda bl-akbar għaqal. Sabiex dan jibqa’ jsir, jeħtieġ li kull min ikun involut f’teħid ta’ deċiżjonijiet, ghandu jiġi motivat, u dan sabiex ir-riżultati jkunu pożittivi u fl-ahjar interess tan-nazzjon.

Gvern serju għandu jahdem sabiex minn żmien ghal żmien jiddaħlu servizzi ġodda li jkunu aktar effiċjenti minn dawk eżistenti. L-ghan ewlieni wara dan kollu għandu jkun sabiex iċ-ċittadin jingħata l-ahjar servizz u bl-inqas dewmien possibbli.

Dawn il-punti għandhom ikunu parti mill-istrateġija tat-tfassil ta’ Gvern Demokratiku li jaħdem għall-aħjar interess tal-poplu.


Thursday, April 1, 2010

SOILDARJETA' MAL-HADDIEMA TAT-TARZNA

Filwaqt li nuru solidarjeta' ma' shabna l-haddiema tat-Tarzna, infakkru lill- Prim Ministru Gonzi
x' kien weghdhom permezz ta' ittra li kien bghatilhom qabel l-ahhar Elezzjoni Generali.

F' din l-ittra Dr. Gonzi kien qal li huwa u l-PN jemmnu bil-qawwa fil-hiliet tal-haddiema tat-Tarzna kif ukoll jemmnu li t-Tarzna ghandu jkollha futur fejn tkun kontributur importanti ghall-ekonomija lokali.

Weghdhom li se jkompli jahdem biex it-Tarnzna ddawwar ir-rota u tibda taghmel qliegh.

'' B' hekk int, shabek u l-familji taghkom ilkoll timxu 'l quddiem billi tahdmu aktar, taqilghu aktar flus u thallsu anqas taxxa''.

Dr Gonzi mhux talli ma zammx kellmtu, talli it-30 ta' Marzu 2010 jibqa' mfakkar bhala l-ahhar jum ta' xoghol ghal-haddiema tat-Tarzna.