Fl-Italja f'dawn l-ahhar gimghatejn rajna l-poplu Taljan jaghti twissija lil-Gvern li qed imexxieh.
It-Taljani qeghdin juru li jinsabu mxebbghin bil-mod kif Silvio Berlusconi qieghed imexxi l-pajjiz.
L-ewwel Manifestazzjoni tal-massa rajniha organizzata mill-Partit Komunista Taljan;il-PDCI.
Dan il-partit hu mmexxi minn Uliviero Diliberto hu ghalkemm fl-elezzjoni generali li ghaddiet ma kienx hemm kandidati Komunisti eletti fil-Parlament,f'dawn l-ahhar xhur il-PDCI rega' zied fil-popolarita'.
It-tieni Manifestazzjoni Popolari sehhet il-gimgha li ghaddiet u kienet organizzata mill-Partit Demokratiku;il-PD.
Din kienet Manifestazzjoni massiva mmexxija mill-mexxej Veltroni fejn hu rrappurtat li hadu sehem maz-zewg miljun ruh.
Il-poplu Taljan hu mxebba' bl-imwiet fuq il-postijiet tax'xoghol,fuq gholi tal-prezzijiet,fuq nuqqas t' opportunitajiet ta' xoghol u fuq it-theddida li l-Gvern Taljan qieghed jaghmel fuq id-Demokrazjia.
F'pajjizna il-poplu Malti wkoll ghaddej minn problemi simili.Il-Gvern Malti qieghed juri li ma jimpurtahx mill-familji Maltin u qieghed jghabbihom b'pizijiet kbar.
Bir-ragun li l-poplu qieghed jistenna is-sejha tal-Partit Laburista sabiex anke hu,kif ghamel il-poplu Taljan,jipprotesta fit-toroq sabiex juri lil-Gvern tal-PN li issa qieghed jesagera bil-kbir.
Ejjew inkunu lesti ghas-sejha tal-Partit Laburista halli meta jasal il-waqt naghtu twissija serja lil-Gvern.
No comments:
Post a Comment