MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Sunday, June 22, 2008

IL-PRIVATIZZAZJONI TAT-TARZNA

F'din l-ahhar gimgha l-gvern habbar bill-pjanijiet tieghu li jipprivatizza t-tarzna,hekk kif dawn huma l-ahhar xhur li t-tarznari jistghu jibghu jibbenifaw minn sussidji.

Immedjata r-reazjoni tal-partit Laburista li fl-interess nazzjonali lest joffri l-ghajnuna mehtiega kif kien diga wieghed ftit jiem qabel l-istess mexxej tal-partit Joseph Muscat.
L-istess ghamlet il-GWU li minn naha taghha ipproponiet li ghandu jkun hemm task force fejn il-partijiet kollha jahdmu ponn wiehed sabiex il-haddiema jsofru danni mill-inqas.

Negattiva kienet ir-risposta tal-gvern fejn sahaq li ma baqax zmien ghal xi forom godda ta dibattiti dwar jekk hemmx alternattivi ohra ghall-privatizzazjoni.Dan imur kontra l-istess slogan tal-PN ta' qabel l-elezzjoni generali 'Flimkien Kollox Possibbli'.

L-ewwel mistoqsija li nixtieq nistaqsi li l-gvern hi ghaliex baqa' jkaxkar saqajh sa l-ahhar sabiex ha d-decizjoni ghall-privatizzazjoni ta' l-azjenda?

It-tieni mistoqsija hi x'inhi r-raguni li l-gvern irid inaqqas il-haddiema propju qabel ma jkun jaf x'inhuma l-pjanijiet ta' min hu interessat jixtri it-tarzna?

No comments: