MERHBA
Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.
Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.
Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.
Grazzi bill-quddiem.
Neville Gafa'.
nevillegf@gmail.com
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.
Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.
Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.
Grazzi bill-quddiem.
Neville Gafa'.
nevillegf@gmail.com
IR-RITRATT TAL-GIMGHA
Thursday, August 14, 2008
RADJU SUPER ONE
Radju Super One huwa wiehed mill-akbar ilhna tal-partit Laburista.
F'dawn is-17 -il sena li ilu jxandar zgur li l-partit Laburista iggwadanja hafna minnu sabiex il-messagg tieghu jasal ghand il-familji Maltin u Ghawdxin.
Irridu nfakkru wkoll li f'diversi surveys mtella' mill-awtorita' tax-xandir f'dawn l-ahhar 11-il sena,radju super 1 dejjem sab ruhu fl-ewwel post.
Ta' dan naghtu hajr lil-haddiema u l-managment li flimkien haddmu sabiex dan is-success ikun possibbli.
Hawn iqumu diversi mistoqsijiet.
Fil-prezent radju Super 1 qieghed iwassal bl-ahjar mod il-messagg tal-partit?
Hemm x'wiehed jirranga fl-iskedi?
Iz-zaghzagh qeghdin inhajruhom sabiex jisimghu radju Super 1?
Fl-opinjoni tieghi iva wasal iz-zmien li anke f'radju Super 1 naghmlu rivoluzzjoni.
Veru li ninsabu fl-eqqel tas-sajf,pero fl-iskeda tinhass nixfa ta' programmi politici.U dan in-nuqqas ilu jinhass f'dawn l-ahhar sentejn.Kellna xi zieda ta' programmi politici fil-kampanja elettorali izda kemm qabel u kif ukoll wara in-nuqqas inhass hafna.
Hemm bzonn li r-radju taghna jkun mimli bil-programmi ta' din ix-xorta.Irridu nzommu quddiem ghajnejna l-izbilanc kbir li hawn fil-konfront ta' l-MLP fuq il-mezzi tax-xandir l-ohra.
Ma' nistghux nibqghu nintilfu fi programmi muzikali minn filghodu sa filghaxija.Imbghad ikollna programm politiku u minn ikun qed imexxieh jispicca litteralment tellieqa sabiex jispicca fil-hin allokat ghalih.
Ma' nistghux nibqghu naccettaw li t-telefonati li jsiru f'dawn il-programmi jkunu mill-inqas u minn ikun qieghed icempel jigi mgieghel jghaggel u jzomm fil-qosor hafna.Nemmen li t-telefonati ghandhom jittawlu ftit iehor.
Il-partit Laburista ghandu impjegati mieghu diversi gurnalisti ta' stoffa.Ejjew nuzawhom ahjar u nallokawlhom programmi politici fuq ir-radju sabiex il-messagg tal-partit jasal dejjem ahjar minn qabel.Dawn jistghu jitellghu wkoll permezz tal-gurnalisti u deputati tal-partit flimkien bhal ma' gieli sar sabiex ir-radju taghna jkun qieghed iservi ta' lehen ahjar ghal-partit.
Radju Super 1 u z-Zaghzagh
Fl-opinjoni tieghi hemm hafna xi jsir sabiex liz-zaghzagh nattirawhom lejn radju super 1.
Matul il-jum jinhass in-nuqqas ta' muzika moderna li z-zaghzagh mdorrijin jisimghu fuq stazzjonijiet tar-radju ohra.
Nahseb li wasal iz-zmien li l-partit jibda jahdem fuq stazzjon tar-radju gdid li jkun immirat lejn iz-zaghzagh.
Dan ikun radju b'tahlita ta' muzika minn kull epoka pero' li jaghfas l-aktar fuq muzika moderna.
Ghandu jkun hemm ukoll programmi politici mtella' minn gurnalisti u kif ukoll mill-membri tal-FORUM Zaghzagh Laburisti.
Il-hinijet ta' qabel il-hrug ghandhom ikunu iddedikati ghal-muzika moderna.
M'ahna nitolbu xejn ta' barra minn hawn.Bi ftit hsieb u aktar hegga nistghu naghmlu r-radju taghna lehen akbar sabiex il-messagg tal-partit Laburista jasal ahjar u r-rizultat ahhari li naraw il-partit taghna fil-gvern ikun jista' jirnexxi tassew.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
3 comments:
Il-bahh li jinsab fih ir-radju fejn ghandhom x'jaqsmu programmi politici ghandu jispicca.
Is-semmiegha ghatxana ghal-programmi bhal dawn.
Kultant super 1 radio nahsbu xi stazzjon religjuz jew inkella mmirat lejn udjenza ta' eta' kbira.
Hemm bzonn ta' bidla.
Nixtieq li jsiru programmi politici pero nixtieq ukoll li l-format jitbiddel.Ninsab konvinta li jekk il-prezentatur ikun ghamel il-homework sewwa s-semmiegha u dawk li jcemplu jkunu ta' sustanza aktar.B'hekk l-interazzjoni mas-semmiegha tista' titwal u mhux tinghata l-impressjoni li l-prezentatur qisu l-oraklu u ahna nisimghu biss. Ghandna bil-fatti nuru fiducja fis-semmiegha.
Post a Comment