MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Sunday, August 10, 2008

IC-CENTRI TAL-PARTIT LABURISTA


Il-Partit Laburista ghandu bosta centri fl-irhula u l-ibliet Maltin u Ghawdxin.

Sa ftit ta' snin ilu dawn kienu jissejhu kazini.Huma postijiet fejn il-Laburisti jiltaqghu u jghaddu siegha zmien jithaddtu flimkien fuq diversi suggetti fosthom il-politika.

Xtaqt nistaqsi xi mistoqsijiet.

Qeghdin naghmlu uzu tajjeb mic-centri taghna?

Il-partit qieghed jigwadanja minn dawn ic-centri?

Wasal iz-zmien sabiex dawn ic-centri jergghu jibdew jintuzaw ghal-iskop li gew imwaqqfa ghalieh,jigifieri ikunu postijiet fejn il-partit jigbed kemm jista' jkun nies ta' kull eta' u minn hemm jibda jwassal il-messagg tieghu.

Ghandhom ikunu postijiet fejn ic-cittadini jistghu jwasslu il-fehmiet taghhom fuq diversi suggetti li l-Partit Laburista ikun qieghed jitkellem dwarhom.

Irridu naghmlu minn kollox sabiex dawn ic-centri jergghu jibdew jattiraw zaghzagh ta' kull eta',specjalment dawk li jkunu ghadhom ma'ddecidewx liema partit l-aktar qed jigbidhom lejh.

Irridu nibdew norganizzaw laqghat ta' spiss gewwa ic-centri taghna ghal-dawn iz-zaghzagh sabiex nisimghu x'ghandhom xi jghidu u fl-istess waqt inwasslulhom il-messagg tal-Partit.

U dawn il-laqghat ghandhom ikunu indirizzati mid-deputati tad-distrett kif ukoll mit-tmexxija tal-partit.

Bl-istess mod ghandna nibdew norganizzaw laqghat ghac-cittadini gewwa dawn ic-centri ghaliex hu mportanti li nisimghu lil-kullhadd.

Irridu naghmlu c-centri taghna postijiet fejn kullhadd ikollu l-opportunita' li jiltaqa' mal-mexxejja tal-partit aktar ta' spiss.

Il-kumitati ta' dawn ic-centri ghandhom ikunu maghmulin minn nies ta' eta' differenti u mhux biss minn persuni kbar fl-eta'.Dan sabiex ikun hemm diversita' fl-ideat u fl-istess waqt inkunu qeghdin nigbdu aktar cittadini lejn ic-centri taghna.

Ic-centri tal-partit huma rizors fejn ghadna hafna x'intejbu fihom.

Ejjew nibdew ingedduhom malajr kemm jista' jkun.

3 comments:

Anonymous said...

Ic-centri ghandhom jintuzaw mhux biex wiehed imur jiehu flixkun birra ma' shabu biss.
Dawn ghandhom ikun minjiera ta' informazzjoni ghal poplu.
Ghandhom iservu wkoll biex il-mexxejja u d-deputati jiltaqghu aktar maghna u jisimghu minn ghandna dak li minn gol-kwartieri ma' jisimghux.

Anonymous said...

Irridu centri li jkun aktar attrajenti.Ma nistghux nibqghu naccettaw il-fatt li gieli jkun hemm persuna li tidhol go kazin minn taghna ghall-ewwel darba u ssib lil min jitkerhilha.
Anke meta tidhol persuna ta' twemmin nazzjonalista hemm bzonn li nilqughha
bi tbissima.Hekk biss nistghu nirbhu votanti godda.

Anonymous said...

Ic-centri tal-partit ghandhom ikunu kkordinati aqwa ma' mad-deputat mexxej ghal-affarijiet tal-partit u kull zmien stipulat ghandhom jaghtu rendikont tal-hidma li tkun qeghda titwettaq.