MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Thursday, July 10, 2008

GVERN TAC-'CAJT'.

Il-bierah smajna ic-cajta tal-gimgha.U ghal darb'ohra kellu jkun il-ministru Gatt li jlissinha bhal ma gieli ghamel fill-passat.

Qalilna li pajjizna ghandu l-irhas prezzijiet tad-diesel u tad-dawl.U qed jistenna li l-poplu jemmnu u jaghtieh hajr ta' dan.

Li nesa' jaghmel il-ministru Gatt hu li jqabbel il-pagi tal-haddiema Maltin ma' dawk ta' haddiema ta' pajjizi ohra Ewropej.

U jekk stess jithajjar jaghmel dan l-istudju,nispera li ma jaghmilx paragun mal-pagi li jaqilghu l-haddiema fill-Bulgarija.Dan ghaliex meta konna fil-kampanja tar-Referendum,il-poplu Malti gie imwieghed li jekk insiru membri shah,Malta ser tkun qeghda thabbatha ma' l-aqwa pajjizi fl-Unjoni Ewropea.

Il-poplu qed jistenna lil-Gvern sabiex malajr kemm jista' jkun jippubblika l-istudji dwar x'impatt ser thalli fuqu iz-zieda fis-soprataxxa li minn 50 fil-mija telghet ghal-95 fil-mija.

Jekk dan ma jsirx,allura jkun sinjal car li l-Gvern ghandu x'jahbi.

Li l-hinn mill-ftahir tal-ministri u l-akkolti tal-gvern,il-poplu qed isibha difficli sabiex ilahhaq mal-hajja.

Il-familji Maltin ma' jistghux igebbdu aktar fil-paga li issa verament saret pjaga!

Lanqas hu sew li l-familji jibqghu jiccahdu minn diversi bzonnijiet biex forsi sservi l-paga.

Dan ma jawgura xejn tajjeb ghal-ekonomija.Mhux ta' b'xejn li tan-negozji kollha vuci wahda li il-bejgh mar-lura bhal-granc.

Possibbli li dan il-krib mhux jasal ghand il-prim ministru?

Jew ma jimpurtahx mill-krib tal-poplu?

Jew m'ghadx ghandu hegga biex jireagixxi ghaliex qieghed imexxi gvern ghajjien u qadim?

Aktar ma jghaddi z-zmien,aktar dan il-gvern qed jinghalaq fih innifsu u jsir aktar konservattiv.
Hu ta' vantagg ghall-partit Laburista li l-gvern immexxi mill-PN jibqa' jinghalaq fih innifsu.Izda l-aktar li jbati b'dan l-atteggjament hu l-poplu.

M'ahna ser ninsew qatt il-weghda li kien ghamel Dr Fenech Adami li Malta ha jkollha rebbiegha gdida.Ghaddew hames snin u l-poplu ghadu ma hax nifs minn dik ir-rebbiegha gdida.Anzi f'dawn il-hames snin esperjenzajna xita ta' taxxi li whud minnhom iddahhlu barra mill-budgets li jsiru kull sena sabiex jaghtu l-impressjoni li fill-budget ma' giet intodotta l-ebda taxxa.

Dan hu l-ingann ta' gvernijiet Nazzjonalisti.Daqshekk huma sensittivi dawn in-nies li hargu jghidu li 'QALBNA MALL-HADDIEMA'.

1 comment:

Anonymous said...

Proset Neville. Grazzi tal-link ma Labour in labour. Mis-7.00 a.m. tal-lum il-blog tieghek gie inkluz fil-lista ta' links taghna. Jidher li addottajna 'approach' tattiku differenti imma konvinti li int u ahna ghandna l-istess ghan ahhari. Siehbek fl-idejal, Thomas Falzon, f'isem it-team editorjali.