MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Friday, October 24, 2008

POPLU MSALLAB

Ghal darba ohra il-poplu Malti jinsab ghaddej minn trawma li ghandha x'taqsam mal-kontijiet tad-dawl u ilma.

Wara li ilu dawn is-sentejn jibza' jiftah il-kaxxa tal-posta ghaliex jibza' li jsib xi kont ma wiccu,kollox jindika li din is-sitwazzjoni ser tibqa' tirrepeti ruha.

Il-gvern iddecieda li jnehhi is-sopra taxxa minn fuq dawn il-kontijiet.

Pero' mhux ghax il-prezz taz-zejt nizel ghal 75 dollaru,izda ghaliex ghandu pjan iehor mohmi ghal-poplu.

Dan il-Gvern li tant jiddiletta bil-kuxjenza socjali ser jgholli it-tariffi tad-dawl.

Dan ifisser kontijiet hafna aktar oghla milli konna qeghdin inhallsu.

Pero' llum nixtieq nitkellem dwar fatt kurjuz li hafna f'pajjizna mhumiex konxji tieghu.

Dawk kollha li jghixu fuq yauths lussuzi gewwa l-marinas li ghandna f'pajjizna huma ezenti milli jhallsu tal-konsum li jkunu kkunsmaw tad-dawl u ilma.

Dan ifisser li jehlu kemm jehlu,dawn in-nies li huma fost l-aktar sinjuri gewwa pajjizna ma' jircievux kontijiet ta' l-elettriku.

Il-Gvern ghandu informazzjoni li dawn il-maghzulin jehlu hafna u hafna dawl u jaf ukoll li hemm minnhom sahansitra jhallu l-arja kundizzjonata mixghula anke meta ma jkunux abbord dawn id-dghajjes.

U l-poplu mghaffeg u qieghed ihallas kemm ghal konsum tieghu u kif ukoll ghal hela' li jahlu dawn is-sinjuri.

Hemm bzonn li dawn il-hnizrijiet nesponuhom halli l-poplu Malti jkun jaf kemm hu ipokritu il-Gvern Nazzjonalista liema gvern jahseb biss f'dawn in-nies fgati fill-flus.

QUM MIR-RAQDA JA POPLU QABEL MA JKUN TARD WISQ!

Monday, October 20, 2008

IL-KRIZI TAD-DINJA FINANZJARJA

Il-krizi Finanzjarja li laqtet pajjizi kbar bhalma huma l-Istati Uniti u pajjizi ewlenin ohra kienet l-ahbar ewlenija fuq bosta ahbarijiet u gurnali madwar id-dinja.

Il-falliment ta' Banek kbar Amerikani li ilhom jaghtu servizzi ghal aktar minn 100 sena hasdet lil kulhadd.

Wiehed jistaqsi jekk din il-krizi hix il-bidu ta t-tmiem id-dominanza Amerikana fis-swieq finanzjarji!

Smajna kif fl-Istati Uniti hemm madwar 120 bank taht osservazzjoni u kif madwar 700 bank jistghu jfallu matul is-snin li gejjin.

Il-Gvern Amerikan hareg ghonqu u mistenni jonfoq mas-700 miljun dollaru halli jtaffi din il-krizi.

Il-Gvern Ingliz immexxi mill-genju Gordon Brown ipprivatizza xi banek sabiex isalva lil-pajjiz minn krizi finanzjarja.

Il-Gvern Taljan sostna li fl-Italja din il-krizi m'hix gravi daqs f'pajjizi ohra.

Imbghad nigu ghal-Malta.

Ohrog il-ghageb il-Prim Ministru Gonzi qalilna li m'hemmx lok ghal allarm.Din il-krizi fis-swieq finanzjarji m'hix ser tolqotna direttament.

U hawn nigu ghal mistoqsija elementari:

Jekk din il-krizi m'hix ser tolqotna direttament,pajjizna kif ser ikun qieghed jintlaqat indirettament?

Smajna fil-jiem li ghaddew kif fabbrika ewlenija gewwa pajjizna ser tnaqqas il-hidma taghha ghal-4 t'ijiem fil-gimgha.U dan minflokk tissensja numru ta' haddiema.

Hargu rapporti li gew ikkancellati ghadd ta' konferenzi internazzjonali li kienu ser jinzammu f'pajjizna.U dan ghal-detriment tal-Lukandi Maltin.

Nafu wkoll li it-turizmu ghax-xitwa li gejja ser ikun fjakk.

Jista' jkun li dawn il-problemi huma relatati ma' din il-krizi finanzjarja?

Gejna mweghda mill-Ministru tal-Finanzi li kull gimgha il-poplu ser ikun qieghed jinghata rendikont tal-qaghda f'Malta.

Nawguraw li pajjizna ma jintlaqatx hazin bhalma intlaqtu pajjizi li huma hafna aktar b'sahhithom minna ekonomikament.

Thursday, October 16, 2008

STAGUN POLITIKU GDID


Din il-gimgha sehh avveniment li ghal-Partit Laburista ifisser bidu.

Ifisser Stagun Politiku Gdid.

Dan wara li l-mexxej tal-partit ghamel l-ewwel diskors tieghu gewwa l-oghla istituzzjoni tal-pajjiz;il-Parlament.

Kien diskors differenti minn dak li mdorrijin nisimghu.Diskors li juri x-differenza jistghu jaghmlu Deputati zghar fl-eta'.

Kien diskors li espona id-diversi diffikultajiet li l-poplu Malti jinsab ghaddej minnu.

Imma fl-istess hin wera' li l-Partit Laburista hu partit pozittiv.

Partit li mill-bankijiet ta' l-Oppozizzjoni ser ikun qieghed jizra id-differenza li tant jehtieg pajjizna.

Pero' fl-istess seduta waghqet il-maskla tal-Partit Nazzjonalista!

Qabel ma Dr Joseph Muscat beda bid-diskors tieghu,id-Deputati Nazzjonalisti prezenti telqu l-barra mill-kamra.

Meta tqajjem Point Of Order mill-Onorevoli Joe Debono Grech,l-Ispeaker tal-Kamra wiegeb li naha tal-Gvern ma kienitx avzata li ser jitkellem il-Kap ta' l-Oppozizzjoni.

Dan meta fil-gurnali ta' l-istess jum kien avzat li ser isehh dan l-avveniment.

Oqbra Mbajda!

L-aqwa li 'Flimkien Kollox Possibbli'.

Sunday, October 12, 2008

JUM TA' NIKET




















Illum il-poplu Malti,specjalment dawk l-eluf ta' Maltin li jghixu fin-nofsinhar ta' Malta hadu ahbar hazina.

Dan wara li thabbret il-mewt tat-tabib Karl Chircop.

Zgur li kull min kien jafu mill-qrib tilef mhux biss tabib eccellenti,izda habib ukoll.

Karl kien bniedem pozittiv ghall-ahhar.

Nuru solidarjeta' mal-familja Chircop f'dan il-mument ta' niket.

Sunday, October 5, 2008

IL-GVERN TAL-KUXJENZA SOCJALI







Il-Gvern Nazzjonalista huwa gvern b'kuxjenza socjali.Hasra li gvern bhal dan m'ghandux ministeru tar-Ruh Socjali.

Jien nirrakomanda lil Dr Gonzi sabiex jibdel il-ministeru li hu nkarigat minnu il-ministru Austin Gatt u johloq ministeru gdid li jkun ministeru tar-Ruh Socjali u jahtru ministru tieghu.

Din il-gimgha smajna lil-ministru Austin Gatt jispjegalna il-pjanijiet tal-Gvern rigward il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-hsieb tal-Gvern hu li b'mod immedjat inehhi s-surcharge minn fuq dawn il-kontijiet u minnflok idahhal tarriffi godda.

Tariffi godda li bl-introduzzjoni taghhom il-poplu Malti ser ikun qieghed ihallas kontijiet esagerati u zgur li mhux ha jkun f'pozizzjoni li jlahhaq maghhom.

Dan kollu meta il-prezz taz-zejt qieghed jorhos.

Izda il-ministru Gatt qalilna li l-Gvern ha din id-decizjoni ghaliex l-Enemalta mhix ser tkun tista' thallas il-pagi tal-haddiema u t-turbini taghha.

Dawn huma l-istess nies li meta Gvern Laburista tas-96-98 kien gholla il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ghamlu plejtu shih.

Ghamlu oppozizzjoni distruttiva tant li Gvern Laburista ma setax jibqa' ghaddej bil-hidma tieghu.

Il-poplu qieghed jistenna li l-Korpi Kostutwiti jigbdu habel wiehed u jiddefenduh bl-ahjar mod possibbli u jofru rezistenza lil dan il-Gvern.

Gvern li bil-provi ma jimpurtah minn hadd.

Lanqas minn dawk l-eluf ta' nies li vvutawlu fl-ahhar elezzjoni generali li ghaddied.

Ahseb u ara mill-bqija tal-poplu Malti!

Din m'hix l-ewwel darba li Gvern Nazzjonalista dahhal piz enormi fuq il-poplu qabel ma jhabbar il-Budget.

L-istess kien ghamel meta dahhal is-sopra taxxa fuq l-istess kontijiet.

Il-Gvern qieghed jinstiga l-inkwiet u l-incertezza f'dan il-pajjiz.

Il-poplu issa aktar minn qatt qabel jehtieg jinghaqad wara l-Partit Laburista.

U issa wasal iz-zmien li l-Moviment Tal-Haddiema juri li lest ikun tarka ghal-poplu.

Dan ghandu jkun l-ewwel sinjal li ghandu jaghti l-Partit Laburista sabiex juri lil-poplu li ser ikun qieghed jiddefendieh bl-ahjar mod possibbli u mhux ha jippermetti lil-Gvern u l-ministri tieghu jghaffguh kif behsiebhom jaghmlu.

Il-poplu qieghed jistenna wkoll li nies bhal Daphne Caruana Galizia tikteb u tghidilna x'inhi l-opinjoni taghha dwar dawn it-tariffi godda.

U mhux toqghod tahli l-energija taghha fit-tghajjir fil-konfront tal-mexxejja Laburisti.

U bil-haqq,il-poplu ghadu jistenna il-bozoz tat-tip 'energy saving' li kien imwieghed minn Dr Gonzi.

Thursday, October 2, 2008

L-IMIGRAZZJONI ILLEGALI



Problema li l-pajjiz gahar taghna l-Italja qieghed jesperjenza hi dik ta' l-imigranti illegali.

F'Napli din il-gimgha rajna xeni ta' glied u mibgheda bejn ic-cittadini Taljani u nies ta' nisel Afrikan li qeghdin jghixu l-Italja.

Aktar ma jghaddi z-zmien aktar il-problemi relati ma' dan is-suggett qeghdin jizdiedu.

F'pajjizna wkoll il-poplu Malti qieghed jiffaccja problemi simili.

Dan is-sajf rajna influss kbir ta' imigranti illegali gewwa pajjizna.

Malta ma' tiflahx aktar ghal din il-pressjoni.

Il-problemi qeghdin jizdiedu anke fl-irhula fejn mijiet ta' imigranti qeghdin jistabilixxu ruhhom.

Fosthom insibu B'Bugia,Hal-Balzan,Marsa u San Pawl il-Bahar.

Jehtieg li l-Gvern Malti jqum fuq saqajh u juri lehnu mal-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea.

Pajjizna mhux ghajnuna finanzjarja biss ghandu bzonn.Jehtieg li pajjizi ohra jibdew juru solidarjeta' maghna bill-fatti u jibdew jaccettaw li jiehdu gewwa pajjizhom uhud minn dawn l-imigranti li dahlu f'Malta.

Nemmen li ahna poplu ta' qalb tajba pero' ma nistghux naghmlu aktar milli nifilhu.

Jehtieg li ninghaqdu u nigbdu habel wiehed dwar din il-problema.

Ma' jistax ikun li l-Gvern jibqa' jwebbes rasu u ma jiehux pariri li qeghdin jinghatawlu minn Partiti Politici ohra fosthom il-Partit Laburista u l-Alternattiva Demokratika.

Ikun ta' gid kbir ghal pajjizna jekk il-Partiti Politici Maltin jinghaqdu fi front wiehed u jsemmghu lehenhom flimkien fil-fora Internazzjonali forsi xi darba il-pajjizi l-kbar jibdew jaghtu kasna u jaghtuna l-ghajnuna li tant ghandna bzonn.


Saturday, September 27, 2008

SITT XHUR WARA L-ELLEZZJONI GENERALI




Ghaddew sitt xhur mill-Elezzjoni Generali.

Il-poplu stenna li issa li l-PN ghandu maggoranza ta' siggu wiehed fil-Parlament kien ser jibdel l-attitudni tieghu u jibda jaghti kaz aktar il-wegghat tal-poplu.

Wiehed kien jistenna wkoll li PN izomm mal-weghdi elettorali.

Izda issa li ghaddew sitt xhur mindu l-PN rega' seraq l-Elezzjoni Generali,il-poplu qieghed jesperjenza il-kontra ta' dak li gie mwieghed u li stenna mill-PN.

Jekk Dr Gonzi qed jahseb li l-Oppozizzjoni Laburista ser tibqa' kwieta qieghed jizbalja bil-kbir.

F'dawn l-ahhar xhur ta' wara l-Elezzjoni Generali l-MLP kien ghaddej minn fazi ta' tigdid bzonnjuz sabiex jipprepara ruhu ghal futur.

Il-hatra ta' Dr Joseph Muscat bhala mexxej gdid tal-Partit Laburista kienet il-bidu ta' dan il-process fejn l-istrutturi tal-partit qeghdin jigu mgedda sabiex il-Moviment tal-Haddiema ikun aktar modern u zaghzugh.

Dr Gonzi; 'The Honeymoon Is Over'.

Mill-ewwel t'Ottubru il-mexxej taghna ser isib postu fl-oghla Istizuzzjoni tal-pajjiz:il-Parlament.

Minn hemm il-Partit Laburista ha jkun qed juri lil-poplu li il-gvern ser ikun taht skrutinju kontinwu.

Ghadda z-zmien li l-ministri Nazzjonalisti jibqghu ghaddejjin minn fuq il-poplu ghaliex kienu jgawdu vantagg sostanzjali ta' siggijiet.

Dan hu gvern mibni fuq il-gideb u l-qerq.

L-atteggjament tieghu difficli jinbidel.

Ghalhekk kulhadd ghandu jaghti sehmu sabiex flimkien mal-mexxejja tal-Partit Laburista nahdmu halli meta l-gvern iwebbes rasu kontra l-interess tal-poplu,isib Oppozizzjoni soda bil-poplu Malti warajh.




FEJN HEMM L-GHAQDA

HEMM

IS-SAHHA