MERHBA

Merhba.
Dan il-blog hu mibni fuq ideali xellugin u progressivi.
L-ghan hu li mmexxu u nkattru il-principji tax-xellug.

Ma jfissirx illi m'ahniex ha nkunu miftuha ghal opinijoniet diversi minn taghna,anzi qed nittamaw li nircievu kummenti minghand persuni b'ideali u opinjonijiet differenti minn taghna sabiex ikollna tahlita ta ideat.

Id-diversita' ghandha tkun ghodda sabiex nohorgu konkluzjoniet aktar b'sahhithom.

Grazzi bill-quddiem.

Neville Gafa'.

nevillegf@gmail.com

IR-RITRATT TAL-GIMGHA

IR-RITRATT TAL-GIMGHA
IT-TMEXXIJA TAL-PARTIT WAQT KONFERENZA STAMPA 8-5-2010

Friday, May 7, 2010

DEMOKRAZIJA IMMINATA



Is-sitwazzjoni li nħolqot fl-għola isituzzjoni ta’ pajjizna, il-Parlament, nhar il-Ħamis 6 ta’ Mejju 2010, timmina s-sistema Demokratika. Dan kollu jiġġustifika id-deċiżjoni meħuda mill-Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, li naqas milli jaċċeta l-isfida tal-Mexxej Laburista li s-seduta parlamentari li kellha tiddiskuti Mozzjoni mressqa mill-Oppozizzjoni tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjoni tat-televiżjoni Nazzjonali.

Seduta li fiha assistejna għal bosta oxxenitajiet fosthom gideb u ksur ta’ regolamenti. Ħaġa tal-iskantament kif Deputat li fuqu inġiebu provi ta’ kunflitt ta’ interess mill-Oppozizzjoni, jitħalla jivvota bl-aktar mod liberu qisu xejn m’hu xejn. Gvern li jbiddel ir-regoli kif jaqbel lilu. L-istess ġara fil-kuntratt tal-BWSC, fejn anke hawn, il-Gvern biddel deċiżjoni li ttieħdet fis-sena 2006 fuq livell ta’ kabinett. Fid-dokument ‘Pjan ghall-Generazzjoni tad-Dawl 2006 – 2015’, kien deċiż li l-impjant il-ġdid tal-Power Station għandu jitħaddem bil-gass. Dan mhux biss għax hu irħass, iżda sabiex jitnaqqas il-livell ta’ tniġġiż ambjentali. Iżda dan kollu tar mar-rih għaliex ftit tas-snin wara, b’daqqa ta’ pinna, Gvern Nazzjonalista biddel ir-regoli ambjentali u ġie deċiz li għandu jintuża l-Heavy Fuel Oil sabiex jitħaddem dan l-impjant. Permezz ta’ dawn id-deċiżjonijiet ibbenefikat il-kumpanija BWSC, li rebħet il-kuntratt għal-bini tal-impjant il-ġdid.

Dan kollu jmur kontra kull etika, għaliex kif stqarr l-Awditur Generali fir-Rapport li hejja dwar l-istess kuntratt, il-proċess tal-għoti tal-kuntratt kellu jibda mill-ġdid.

Dawn l-oxxenitajiet laħqu l-qofol taghħom waqt is-seduta li ddiskutiet il-Mozzjoni mressqa mill-Oppozizzjoni Laburista. Dan għaliex inkisru bosta regolamenti fosthom li twaqqaf il-proċess ta’ vot mitluf mill-Gvern sabiex jittieħed ieħor mill-ġdid. U dan ġie segwit minn gideb sfaċċat tal-Vici Prim Ministru u l-kollegi tieghu fuq l-Onor. Justyne Caruana.

Dawn kollha huma sinjali ta’ Gvern instabbli mmexxija minn Prim Ministru dghajjef.

Wednesday, April 21, 2010


Tmienja minn tmien punti li semma l-PL gew ikkonfermati.

Ir-rapport tal-Awditur Generali dwar l-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara jikkonferma irregolaritajiet serji fil-process tal-ghoti tal-kuntratt. Jekk il-Prim Ministru huwa kuntent bl-irregolaritajiet li sab l-Awditur Generali fl-ghoti ta’ dan il-kuntratt, allura jikkonferma li l-istandards ta’ Lawrence Gonzi huma ferm baxxi mill-istandards li jistenna l-Partit Laburista f’kuntratti ta’ dan it-tip.

Fir-reazzjoni inizjali tieghu l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat qal li r-rapport tal-awditur generali jikkonferma tmienja mit-tmien punti li l-Oppozizzjoni qajmet fid-dibattitu kollu dwar dan il-kuntratt.

Ghal dawn in-nuqqasijiet gravi, se jhallas il-poplu Malti u se jhallas b’sahhtu u bi flusu, sostna l-Mexxej Laburista.

Dr Muscat irrimarka kif l-Awditur qaghad attent hafna fi kliemu meta ma qalx li ma sabx korruzzjoni, izda ma sabx sinjali ta’ EVIDENZA KONKLUSSIVA TA’ KORRUZZJONI.

Huwa qal li l-awditur f’pagna 120 jghid li: “Izjed minn hekk l-Ufficcju Nazzjonali tal-Awditur isostni li dawn l-allegazzjonijiet iqajmu dubji serji u thassib, izjed u izjed f’dawk il-kazi fejn ma nghatawx spjegazzjonijiet sodisfacenti waqt din l-inkjesta. Fil-fatt, jinhass li x-xhieda ta’ certi persuni mhaddla f’ dan il-kaz, specjalment is-Sur Joseph Mizzi, li gie msejjah mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Awditur fi tlett okkazjonijiet separati kienet EVAZIVA, kultant BLA EBDA KOLLABORAZZJONI TA’ XEJN, u spiss qal li MA JIFTAKARX meta mistoqsi certi MISTOQSIJIET DIRETTI.”

L-NAO jghid li l-kuntratt kellu jieqaf u c-Chairman jirrezenja

Joseph Muscat qal li l-Awditur “ihares b’mod dubjuz” lejn decizjoni tal-Enemalta u Kuntratti li jibqghu ghaddejjin minkejja bidla fil-ligi tal-emissjonijiet.

Skont l-Awditur kien ikun ahjar li kieku l-kuntratt kellu jitwaqqaf u jerga’ jinhareg, sostna Dr Muscat.

L-Awditur Generali jghid li qabel iddikjara li kellu kunflitt ta’ interess, ic-Chairman tal-Enemalta, Alex Tranter appunta l-membri tal-board tal-aggudikazzjoni u bord tal-evalwazzjoni qabel iddikjara kunflitt ta’ interess. Fid-decizjoni tieghu d-Dipartiment tal-Kuntratti joqghod fuq il-parir taz-zewg bordijiet.

L-Awditur Generali jghid li c-Chairman kellu jirrizenja.

Madankollu Lawrence Gonzi u Austin Gatt iddefendew lil Alex Tranter f’kull okkazjoni li kellhom. Dr Muscat ikkwota mistoqsija parlamentari f’Novembru li ghadda li saret minn Dr Anglu Farrugia fejn Austin Gatt jghid li c-Chairman tal-Enemalta “ma ghandu ebda kunflitt ta’ interess”.

Dan filwaqt li l-Awditur Generali hareg jghid mod iehor, sostna Dr Muscat.

Nuqqasijiet mill-Enemalta dwar l-ghazla tal-Lahmayer International

Joseph Muscat irrimarka kif l-Awditur Generali jikkummenta dwar l-ghazla ta’ Lahmayer International fejn qal li ma sarux il-verifiki necessarji biex jaraw ir-reputazzjoni tal-kumpanija filwaqt li l-Awditur ikkonferma li l-Lahmayer hija blacklisted mill-Bank Dinji.

L-Awditur ikkonferma wkoll il-fatt li l-Lahmayer, li evalwat it-teknologija li kellha tintghazel, u l-BWSC kellhom l-istess agent f’Malta.

Dwar dan f’pagna 115 l-Awditur jishaq li: “The Office was not convinced of the explanations given” mill-Ufficjali tal-Enemalta li kienu qed jixdhu b’ gurament dwar Lahmayer.

Nuqqas ta’ koperazzjoni

Dr Muscat irrimarka l-kumment tal-awditur li qa li kien hemm “nuqqas ta’ koperazzjoni minn certu partijiet interessati li ppreferew jghidu li ma jiftakrux certu informazzjoni u avvenimenti li graw. Kaz partikolari kien is-Sur Joseph Mizzi.”

Il-Mexxej Laburista qal li l-Awditur Generali jikkonferma li Joseph Mizzi nghata informazzjoni minn gewwa, imma ma setghux isibu min ghadda din l-informazzjoni.

L-Awditur jirrimarka wkoll li ma fehemx ghaliex din l-ghaggla kollha fl-iffirmar tal-kuntratt (bla kameras). Dan minbarra li kien hemm numru ta’ nuqqasijiet amministrattivi min-naha tal-Enemalta u Dipartiment tal-Kuntratti.

Joseph Muscat qal li l-Awditur Generali jghid ukoll li l-Enemalta hadet decizjoni riskjuza meta marru ghal teknologija gdida minflok ghal wahda ippruvata u ttestjata. Dan ifisser li se naghmlu esperiment bil-familji u t-tfal Maltin.

Dwar ir-raguni ghalfejn Batemen ma ghamlux rapprezentazzjonijiet legali l-Awditur jghid li l-Enemalta ma infurmatx li nghata tender u ghalhekk gie michud dritt ta’ appell.

Joseph Muscat qal li l-Gvern kien dghajjef hafna fin-negozjati u sahansitra ffirma kuntratt b’ penali ta’ €300m. Dan filwaqt li diga’ thallsu €39m.

Ir-rapport jghid ukoll li kien ghadu ma giex ffirmat maintenance agreement u li aghar minn hekk se tkun l-Enemalta li thallas il-penali jekk il-BWSC ma jittardjaw milli jaghmlu l-power station wara ammont ta’ zmien. Jirrimarka wkoll li ma kienx hemm studju dwar feasibility u EIA.

Dr Muscat qal li l-BWSC ma humiex jaghtu garanzija jekk hux il-livell ta’ emissjoni hux se jkun oghla minn dak imwieghed fil-kuntratt.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni sostna li ghal dawn in-nuqqasijiet gravi, se jhallas il-poplu Malti u se jhallas b’sahhtu u bi flusu, temm Dr Muscat.

Saturday, April 17, 2010

Il-Mudell ta’ Gvern Demokratiku


Il-bażi ta’ kull Gvern elett mill-poplu għandha tkun imsawwra fuq id-Demokrazija. Dan jiġi attwat billi l-Gvern jassigura il-parteċipazzjoni ta’ kull individwu fit-tfassil tal-politika tieghu fl- oqsma diversi. Dan għandu jsir billi jaddotta metodi ta’ tmexxija b’konsultazzjoni li jinkoraġġixxu liċ-ċittadini sabiex ikunu aktar parteċipi fit-teħid tad- deċiżjonijiet.

Tmexxija Demokratika tkompli tissaħħaħ meta t-Trasparenza tingħata priorita’ assoluta. Dan għaliex b’hekk il-Gvern ikun qiegħed jagħlaq il-bibien għal kull xorta ta’ abbuż. U din it-trasparenza għandha tkun kemm fl-operat tal-Ministri kif ukoll fl-operat tal-haddiema tagħhom. It-Trasparenza titlob ukoll skrutinju kontinwu tad-Dipartimenti kollha Governattivi speċjalment fejn jidħlu is-servizzi li joffru.

Tmexxija tajba għandha tassigura l-akbar serjeta’ u għaqal fl-infieq tal-fondi pubbliċi. Dan sabiex il-flus miġbura mit-taxxi, jintefqu fl-aħjar interess tal-poplu.

Il-Kontabilita’ għandha tkun priorita’ ohra ta’ Gvern serju. Għaldaqstant, il-Gvern għandu d-dmir iżomm lilu nnifsu miftuħ għal kull skrutinju kemm intern kif ukoll estern. Dan kollu ghandu jwassal sabiex it-tmexxija tkun waħda serja fl-operat tagħha. Kemm it-trasparenza kif ukoll il-kontabilita’ jwasslu għal imġieba ahjar u jghinu sabiex l-interess tal-poplu, b’mod speċjali fejn jidħlu deciżjonijiet, jipprevali fuq dak politiku.

Il-kompetenza hi fattur iehor importanti sabiex il-pajjiż ikollu Gvern serju. Huwa d-dmir ta’ l-awtoritajiet li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jiġu meħuda bl-akbar għaqal. Sabiex dan jibqa’ jsir, jeħtieġ li kull min ikun involut f’teħid ta’ deċiżjonijiet, ghandu jiġi motivat, u dan sabiex ir-riżultati jkunu pożittivi u fl-ahjar interess tan-nazzjon.

Gvern serju għandu jahdem sabiex minn żmien ghal żmien jiddaħlu servizzi ġodda li jkunu aktar effiċjenti minn dawk eżistenti. L-ghan ewlieni wara dan kollu għandu jkun sabiex iċ-ċittadin jingħata l-ahjar servizz u bl-inqas dewmien possibbli.

Dawn il-punti għandhom ikunu parti mill-istrateġija tat-tfassil ta’ Gvern Demokratiku li jaħdem għall-aħjar interess tal-poplu.


Thursday, April 1, 2010

SOILDARJETA' MAL-HADDIEMA TAT-TARZNA

Filwaqt li nuru solidarjeta' ma' shabna l-haddiema tat-Tarzna, infakkru lill- Prim Ministru Gonzi
x' kien weghdhom permezz ta' ittra li kien bghatilhom qabel l-ahhar Elezzjoni Generali.

F' din l-ittra Dr. Gonzi kien qal li huwa u l-PN jemmnu bil-qawwa fil-hiliet tal-haddiema tat-Tarzna kif ukoll jemmnu li t-Tarzna ghandu jkollha futur fejn tkun kontributur importanti ghall-ekonomija lokali.

Weghdhom li se jkompli jahdem biex it-Tarnzna ddawwar ir-rota u tibda taghmel qliegh.

'' B' hekk int, shabek u l-familji taghkom ilkoll timxu 'l quddiem billi tahdmu aktar, taqilghu aktar flus u thallsu anqas taxxa''.

Dr Gonzi mhux talli ma zammx kellmtu, talli it-30 ta' Marzu 2010 jibqa' mfakkar bhala l-ahhar jum ta' xoghol ghal-haddiema tat-Tarzna.

Friday, March 27, 2009

JUM IL-HELSEIN


Ftit jiem ohra Malta ser tkun qeghda tfakkar it-30 sena mill-kisba tal-Helsien.
Din hi l-akbar festa li qatt rat Malta.
Ejjew ninghaqdu wara l-Partit Laburista u ghandna nhossuna kburin b'dak li kiseb il-Partit taghna ghall-pajjizna meta l-Poplu afdah fit-tmexxija.

Tuesday, January 20, 2009

IN-NOMINA TA' DR GORG ABELA



Fill-jiem li ghaddew harget l-ahbar li il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi kien qieghed jinnomina lil Dr. Gorg Abela ghal President ta' Malta.
Immedjata kienet ir-risposta tal-Partit Laburista li wera l-qbil u s-sodisfazzjon ghal din id-decizjoni.
Kienet decizjoni li ntlaqghet pozittavament mill-maggoranza tal-Poplu Malti.Minn naha l-ohra kien hawn sezzjoni tal-Poplu li kienet tippreferi kieku il-President li jmiss ikun individwu minnbarra ix-xena politika.
Decizjoni li zgur gabet rabja fil-Kabinett Nazzjonalista ghaliex l-istess membri tal-Kabinett ma' kienux ikkonsultati dwar din in-nomina.
Hemm min ukoll qieghed ihares lejn din id-decizjoni bhala tattika qarrieqa tal-Prim Ministru Gonzi.
Jehtieg li l-Partit Laburista joqghod b'seba' ghajnejn ghaliex il-passat jurina li l-Partit Nazzjonalista qatt ma kien ''Generuz'' mal-Moviment tal-Haddiema u qatt ma taha xi haga ghalxejn.
Minn hawn nawguraw lil Dr. Gorg Abela kull Rizq u Success fil-kariga l-gdida tieghu.

Saturday, January 10, 2009

L-ATTAKK FUQ GAZA




Ftit il-boghod minn xtutna qeghda ssehh tragedja umana.Ghal gimghatejn shah stajna nsegwu permezz tal-mezzi tax-Xandir l-aggressjoni militari Izraeljana fuq il-Poplu Palestinjan gewwa l-Belt ta' Gaza.Dan m'hu xejn ghajr Terrorizmu ta' l-Istat.
Dawn hallew il-fuq minn 800 mwiet u mijiet ohra midruba.L-impotenza Internazzjonali ppermettiet li l-Gvern Izraeljan jibqa' jistermina lil dan il-Poplu minsi minn kulhadd.
Evidenti wkoll hi l-komplicita' tal-media tal-Punent.Tisma' kummenti kontinwi li Izrael qieghed jiddefendi ruhu mir-rockets sparati mill-Hamas fuq il-Bliet tieghu,izda rari tisma' jew taqra li l-Poplu Palestinjan ilu 60 sena mahkum.Qatt ma taqra li bejn 2002-2008 inqatlu 5,289 Palestinjan li minnhom 995 huma tfal u 194 huma nisa.
Ir-realta' hi li matul dawn l-ahhar 6 xhur il-Hamas onora waqfien mill-glied hekk kif gie miftiehem avolja kien ipprovokat kontinwament minn Izrael.L-aktar attakki ricenti minn Izrael twettqu f'Novembru li ghadda.
Izrael irtira it-truppi tieghu minn Gaza fl-2005 izda zamm taht il-kontroll tieghu il-konfini,l-ajru u l-ibhra ta' din il-Belt b'popolazzjoni ta' miljun u nofs ruh u ta' sikwiet wettaq attakki li fihom inqatlu Politici tal-Hamas bl-iskuza li kienu ta' theddida ghal Poplu Izraeljan.
Ittrasforma din il-Belt f'habs kbir.U dan ma' kienx bizzejjed ghaliex issa qieghed jimbumbardja mill-ajru u jattakka permezz tat-truppi lil Gaza bla hniena anke jekk jaf li qieghed joqtol nies innocenti.L-ewwel halla lil Poplu ta' Gaza minghajr provvisti ta' ikel u medicini,biex imbghad 24 siegha qabel ma' bdew l-attakki mill-ajru awtorizza id-dhul ta' dawn il-provvisti u bill-wicc tost kollu stenna lil-Poplu Palestinjan jirringrazzjah ghal din id-decizjoni.Tattika simili kienet tintuza minn Nazisti fit-tieni Gwerra Dinjija fejn l-ewwel kienu jorganizzaw attivitajiet sportivi ghad-deportati,biex imbghad l-ghada li jintemm il-loghob kollu jordnaw il-qtil taghhom.
Jidher li l-Istorja qeghda tirrepeti ruhha.
Wiehed jistaqsi: Din il-Gwerra fuq Gaza li ilha tigi ppjanata tul dawn l-ahhar 6 xhur qeghda titwettaq ghaliex ninsabu ftit gimghat il-boghod minn Elezzjoni Generali f'Izrael?
Qeghda titwettaq issa sabiex jissahhah l-appogg politiku lejn xi partit jew kandidati?
Dan il-massakru qieghed isehh frott l-apatija Dinjija lejn is-sofferenza ma' tispicca qatt tal-Poplu Palestinjan.

Sunday, January 4, 2009

IS-SITWAZZJONI TA' L-IMIGRANTI IRREGOLARI F'MALTA


Artiklu li deher fuq il-gurnal elettroniku 'The Christian Science Monitor' nhar id-29 ta' Dicembru 2008 ittratta is-sitwazzjoni ta' l-imigranti f'Malta.

L-artiklu bl-isem ''Malta: Africans' way station to the EU'' jaghti harsa ta' kif inhuma mizmuma l-emigranti illegali gewwa pajjizna u f'liema kundizzjonijiet qeghdin jghixu.

Parti minn dan l-artiklu hi intervista ma' imigrant Somalu fejn stqarr li l-imigranti m'mhumiex accettati mill-Maltin.Sostna li xogholijiet ghalihom m'hemmx u meta jsibu bicca xoghol dawn qeghdin jigu sfruttati u ma' jigux imhallsa kif suppost.'' Fis-Somalja jew tghix jew tmut,f'Malta ma tmutx izda ma' thossokx bniedem haj.Irrid immur nghix fl-Italja''.

Matul is-sena 2008 f'pajjizna dahlu madwar 2500 imigrant illegali Afrikan li l-maggoranza taghhom huma mis-Somalja,Ethiopja u s-Sudan.Mis-sena 2002 ' il hawn il-Gvern Malti ipprocessa 11,500 refugjat u imigranti ekonomici.

Dan il-gurnal irrapporta li l-Maltin,li huwa poplu patrijottiku,sikwiet ikollhom konfrontazzjonijiet ma' l-imigranti u graffitti mhazza fuq il-hitan b'messaggi ta' razzismu qeghdin jizdiedu.
Ir-rapprezentant Malti ghal Gnus Maghquda,is-Sur Neil Falzon ikkumenta ma' dan il-gurnal influwenti li l-Gvern Malti m'huwiex jaghmel bizzejjed sabiex dawn l-imigranti jintegraw fis-socjeta' u m'mhuwiex jipprovdilhom edukazzjoni,xoghol u residenzi fejn jghixu.

Malta hu l-uniku pajjiz fl-UE li jzomm l-imigranti irregolari ghal 18-il xahar f'detenzjoni.Il-postijiet li jinzammu fihom huma inumani u neqsin mill-aktar affarijiet bazici.Dan l-atteggjament tal-Gvern Malti huwa kundannabbli u jmur kontra il-konvenzjoni ta' Ginevra.

Wiehed jista' jaqra dan l-artiklu fl-indirizz: www.csmonitor.com/2008/1229/p06s03-wogn.html

Wednesday, December 31, 2008

AWGURI GHAS-SENA L-GDIDA 2009


Nawgura lil kulhadd Sena Tajba mimlija Sahha w Risq.
J'Alla is-Sena 2009 iggib maghha aktar Ghaqda Dinjija u aktar Raguni.

Monday, December 29, 2008

TRAGEDJA UMANA GEWWA GAZA










Tragedja Umana gewwa Gaza.L-ghan ta' dan l-attakk minn Izreal hu li jitfa' lill-Poplu ta' Gaza ghexieren ta' snin lura u li jikkawza l-akbar ammont ta' mwiet lil ghadu.
Attakk li ilu jigi mhejji ghal dawn l-ahhar 6 xhur.
L-imwiet ilahhqu it-300 ruh u mijiet ohra feruti.
Atakk koddard fejn giet uzata l-ahhar teknologija ta' armamenti kontra Poplu li mhuwiex attrezzat b'armamenti li jistghu jiddefenduh.
Nappella sabiex nhar it-Tlieta 30 ta' Dicembru ninghaqdu mal-Moviment Graffitti gewwa l-Belt Valletta fil-5.30 ta' wara nofsinhar sabiex nuru l-ghadab taghna lejn dawn l-attrocitajiet.

Friday, December 26, 2008

NIFTAKRU FIHOM UKOLL





F'dawn il-jiem ta' Ghaqda u Ferh ma' nistghux ninjuraw dawk il-popli u individwi li qeghdin ibatu.

Ma' nistghux ma niftakrux fil-Poplu Palestinjan li jinsab jghix go kamp tal-koncentrament.
Il-Palestina giet deskritta minn politici u gurnalisti bhala habs kbir.Ilhom xhur shah ibatu minn nuqqas ta' provista ta' elettriku,ikel u medicini.

Il-Kontinent Afrikan ukoll jinsab ghaddej minn gwerer u poverta'.Miljuni ta' nies fosthom tfal qeghdin jghixu f'faqar enormi.Eluf ohra qeghdin jiehdu r-riskju u jaharbu minn pajjizhom u jibdew il-vjagg tas-salvazzjoni: Il-vjagg lejn l-Ewropa.Numru kbir minnhom jirnexxielhom jaslu gewwa l-Kontinent Ewropew,izda eluf ohra jispiccaw jew maqtula jew mgharrqa fl-ibhra Mediterranja.

Izda mbghad wiehed ma' jistax ma jiftakarx f'dawk il-miljuni ta' individwi li qeghdin ibatu minn persekuzzjoni minhabba l-orjentazzjoni sesswali taghhom.Qeghdin nghixu fi zminijiet fejn l-omosesswali ghadhom isibuha difficli sabiex jintegraw fis-socjeta'.U din id-diskriminazzjoni ma dawn in-nies nistghu narawha kemm fl-iskejjel kif ukoll fuq il-postijiet tax-xoghol.

Resqin lejn is-sena 2009.

Importanti li kull wiehed u wahda minnha jaghti sehmu sabiex dawn l-ingustizzji fil-konfront ta' hafna popli u individwi jintrebhu.Kull sforz zghir kemm hu zghir minn kullhadd jista' jaghmel differenza kbira u jtejjeb l-ghixien ta' dawn in-nies imjassra.

Saturday, December 20, 2008

IL-FESTI T-TAJBA LIL KULHADD


Resqin lejn il-Festa tal-Milied,festa li ggib maghha Ghaqda fost il-Poplu.

Bhal dawn iz-zminijiet it-Tema Politika tmajna xi ftit u anke certu programmi Politici fuq l-Istazzjonijiet tar-Radju u Televizjoni jieqfu ghal xi ftit tal-jiem.

Ghaldaqstant,anke dan il-Blog ser jipposponi l-opinjonijiet Politici tieghu ghal wara l-Festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.

Nixtieq nirringrazzjakom ta' kemm ghogobkom tidhlu f'dan il-Blog sabiex qrajtu il-kummenti li dehru f'dawn l-ahhar xhur.

Inheggigkom sabiex tkomplu izzuru dan il-Blog ghaliex b'hekk l-istess Blog jibqa' jiffunzjona.

Niehu l-opportunita' sabiex nawgura lilkom u l-familji taghkom Milied Hieni u Sena mimlija Risq.

Saturday, December 13, 2008

GRAZZI POPLU



Is-somma migbura fil-gbir ta' fondi hi ta' 207,454 Euro.

Dan hu messagg ta' kuragg u tama ghal gejjieni.

Ghalkemm il-Poplu ghaddej minn zmien difficli,xorta wahda dahhal idejh fil-but u ta' l-kontibut tieghu ghal-Partit Laburista.

Kien ukoll messagg ta' fiducja lejn it-tmexxija tal-Partit.

Grazzi Poplu.

GBIR TA' FONDI MILL-PARTIT LABURISTA




Illum hu jum fejn il-Partit Laburista qieghed jilqa' kull donazzjoni minghand dawk kollha li jemmnu li dan hu l-partit li jista' jaghti l-Malta futur gdid.
Dan ghandu jkun ukoll jum ta' KURAGG ghat-tmexxija l-gdida Laburista.
Il-Poplu hu mitlub jaghti donazzjoni fuq in-numri li qeghdin jidhru hawn taht:
5004 9243 10 Euro 5004 9240 25 EURO
5004 9245 15 Euro 5061 8900 SMS 7 Euro
Somma migbura sad 9.30 ta' filghaxija hi ta' 171,465Euro.

Wednesday, December 10, 2008

TISHIEH TA' L-EKONOMIJA U PREVENZJONI MINN KRIZI FINANZJARJA OHRA

Bhal ma nafu,il-krizi Finanzjarja u Ekonomika Dinjija qeghda tolqot hazin hafna l-Ekonomiji u l-Popli ta' l-Ewropa.

Qeghdin niffaccjaw theddida fil-pagi u fl-ghixien taghna lkoll.

Fid-dawl ta' dan kollu,il-PSE mhux ser joghod b'idejh marbuta u jhalli kollox ghaddej.Ghalhekk permezz ta' dan il-Manifest qieghed iwieghed minn quddiem azzjoni immeddjata hekk kif il-Poplu jaghtih il-mandat f'Gunju li gej.

Problema serja ohra hi dik tal-bdil fil-klima.Il-Partit tas-Socjalisti jinsab konvint li jekk niggieldu din il-problema li taf tkun katastrofika fil-futur,irridu niffukaw fuq l-alternattiva ta' Smart Green Growth.Dan ifisser pjan urban u teorija ghat-trasport li jikkoncentraw fuq it-tkabbir fic-centru ta' l-ibliet sabiex nipprotegu l-ambjent ta' barra mill-ibliet.Irridu nzidu it-tipi ta' mezzi tat-trasport bhal ma huwa l-uzu tar-roti u nfasslu toroq li jkunu addattati ghal dan il-ghan.

Punt iehor trattat f'dan il-Manifest hu li kull cittadin ta' l-UE,minghajr distinzjoni fl-eta',ghandu jinghata kull opportunita' sabiex itejjeb il-kapacitajiet tieghu,jistudja jew jahdem f'pajjiz iehor ta' l-UE minghajr diffikulta'.

Is-Socjalisti jsostnu li peress li l-Budget ta' l-Unjoni Ewropea huwa wiehed ibbazat duq is-Solidarjeta',ghandu jservi sabiex jissahhu l-livelli ta' l-ghixien tac-cittadini ta' l-Unjoni u fl-istess waqt jghin fl-izvilupp tar-regjuni fl-UE b'mod specjali fil-pajjizji membri godda.

Sunday, December 7, 2008

PEOPLE FIRST-A NEW DIRECTION FOR EUROPE



Matul din il-Gimgha gewwa l-Belt ta' Madrid,Spanja,gie varat il-Manifest tal-Partit tas-Socjalisti Ewropew.
It-titlu ta' dan il-Manifest hu: PEOPLE FISRT-A NEW DIRECTION FOR EUROPE.
Dan hu Manifest li s-Socjalisti ser ikunu qeghdin joffru lil Popli Ewropej bi thejjija ghall-Elezzjonijiet ghal Parlament Ewropew ta' Gunju 2009.
Dan hu wiehed mill-akbar Manifesti ipprezentat mill-PSE.
Is-sitt punti ewlenin ser ikunu dawn:
1. Relaunching the Economy and preventing new financial crisis.
2. New social Europe-giving people a fairer deal.
3. Transforming Europe into the leading global force against climate change.
4. Championing gender equality in Europe.
5. Developing an effective European migration policy.
6. Enhancing Europe's role as a partner for peace,security and development.
Sabiex waslu ghal dan il-Manifest is-Socjalisti Ewropej ghamlu diversi xhur jikkonsultaw mal-pubbliku dwar ghadd ta' prioritajiet.Issa wasl iz-zmien sabiex mill-kliem jigu ghal fatti u jekk il-poplu jghazel dan il-Manifest u mhux dak tal-Konservattivi allura il-hidma mweghda tibda ssehh minnfih.
Matul il-gimghat li gejjin ser inkunu qeghdin nidhlu aktar fid-dettal ta' dawn il-Proposti.

Wednesday, December 3, 2008

WARA L-KONFERENZA GENERALI



Il-Hadd 30 ta' Novembru giet fi tmiema il-Konferenza Generali tal-Partit Laburista.

Kienet Konferenza unika ghaliex matulha sar tigdid necessarju sabiex dan il-Partit ikun ippreparat ghall-isfidi li ser ikun qieghed jiffaccja fill-futur.

Kienet gimgha ta' diskussjoni kontinwa fejn id-Delegati inghataw ic-cans jesprimu l-opinjonijiet taghhom dwar dak li kien qieghed jigi ipproponut fl-Istatut il-gdid.

L-Istatut ser ikun qieghed igib mieghu bidliet necessarji sabiex il-PL ikun mhux biss partit modern,izda fl-istess waqt partit li jibqa' sod fill-Principji Originali tieghu.

Kien jehtieg kuragg kbir sabiex dawn il-bidliet jigu decizi,izda bl-ghajnuna ta' kullhadd u bis-sagrificcji li xi whud minna ser ikollhom jaghmlu,dan il-partit ser ikun qieghed jghaqqad il-Moviment Progressiv ta' pajjizna fi hdanu.

Tuesday, November 25, 2008

KONFERENZA GENERALI


Matul din il-gimgha il-Partit Laburista jinsab ghaddej minn tigdid kbir.

Tibdil li ser ikun qieghed jittrasforma lil dan il-Partit bhala wiehed modern izda bl-istess principji fundamentali tieghu.

Il-vizjoni ghandha tkun wahda:dik ta' Partit rebbieh.

M'hemmx lok ghal aktar telf.Daqshekk qaghdna lura ghaliex nibzghu li nitilfu l-Elezzjoni Generali.

Dak iz-zmien ghadda.

Il-Partit stembah u l-element Progressiv fi hdanu hu b'sahhtu.

Inheggeg lid-delegati tal-PL sabiex jattendu ghal Work Shops li qeghdin jinzammu matul din il-gimgha ghaliex il-prezenza taghkom tkabbar is-success ta' din il-Konferenza Generali unika.

Flimkien ser naslu.

Sunday, November 16, 2008

GIMGHA MOVIMENTATA






Din il-gimgha il-Poplu Malti nizel jipprotesta darbtejn fit-toroq tal-Belt.

L-ewwel rajna massa kbira ta' haddiema minn kull qasam ta' xoghol tilqa s-sejha tal-Partit Laburista.

Imbghad kellna sejha Storika fejn 20 Union differenti nizzlu fit-toroq tal-Belt sabiex juru l-ghadab taghhom lejn it-tariffi esagerati li l-Gvern irid idahhal fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Dan kollu qieghed isehh ftit xhur biss wara li l-Poplu rega' ta' mandat lil Partit Nazzjonalista sabiex imexxi lil dan il-pajjiz ghal hames snin li gejjin.

Dan hu Gvern ta' zewg ucuh.

L-ewwel jghidilna li l-finanzi tal-Pajjiz huma fis-sod,imbghad ftit gimghat wara l-elezzjoni jiehu decizjonijiet li jkomplu jghaffgu lil Poplu u l-ekonomija tal-Pajjiz.

Fl-istess waqt qeghdin nassistu ghal-sitwazzjoni fejn il-Gvern qieghed immexxi minn zewg Prim Ministri.

Dan kollu jaghmel hsara kbira li l-Pajjiz ghaliex f' sitwazzjoni bhal din ma' jittihdux decizjonijiet li jaghmlu gid ghall-Pajjiz.

Il-verita' hi li l-Partit Nazzjonalista falla bi kbir fi tmexxija tal-Pajjiz.U dan kemm f-livell Lokali kif ukoll fuq livell Centrali.

Il-Pajjiz jixraqlu tmexxija serja u friska ghaliex dan il-Gvern hu ghajjien wisq biex ikompli jmexxi ghas-snin li gejjin.

Il-Partit Laburista jinsab ghaddej minn tigdid mehtieg sabiex meta jasal il-waqt jiehu t-tmexxija f'idejh.

Il-kritika li l-Membri Parlamentari qeghdin jaghmlu fil-Parlament qeghda taqbad lil Ministri tal-Gvern fuq sieq wahda u mhumiex jgharrfu iwiegbu ghal din il-kritika.

Nistennew u naraw kif ser tkun qeghda tizvolgi il-kwistjoni tat-tariffi godda li l-Gvern irid jintroduci fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-Poplu kollu jinsab imwerwer minnhom.

Monday, November 10, 2008

IR-RUH SOCJALI TAL-GVERN ARGENTIN



Bhalissa id-Dinja qeghda tiffaccja krizi Finanzjarja.
Bosta Gvernijiet qeghdin jiehdu diversi mizuri sabiex isalvaw l-Ekonomiji taghhom minn frakass.
Fl-Argentina,pajjiz li hu mmexxi minn gvern Xellugi,ittiehdet decizjoni importanti hafna matul il-jiem li ghaddew.
Il-Parlament Argentin ghadu kif approva in-Nazzjonalizzazjoni tal-Pensjonijiet Privati.
Dan wara 14-il siegha ta' dibattitu fejn wara l-votazzjoni kien hemm 160 vot favur,75 vot kontra,u 2 astensjonijet.
Fadal biss il-vot tas-Senat sabiex din il-ligi tkun tista' tibda tigi attwata.Dan il-vot ser jittiehed fl-20 ta' Novembru.
F'diskors li ghamlet,il-President Cristina Kirschner qalet li din id-decizjini ttiehdet sabiex jigu mharrsa il-haddiema u l-pensjonanti fid-dawl tal-krizi Finanzjarja Dinjija.
Hu kkalkulat li hemm madwar 10 miljun ruh li huma miktuba f'dawn l-Iskemi ta' Pensjonijiet Privati li jinsabu f'idejn Banek barranin.
Il-probabilita' hi li dawn il-Banek jistghu jintlaqtu hazin minn din il-krizi Finanzjarja hu ghalhekk il-Gvern Argentin agixxa minghajr telf ta' zmien.
X'differenza mill-Gvern Nazzjonalista li jmexxi pajjizna li flok jara kif ser itaffi l-piz minn fuq dahar il-Poplu Malti,qieghed jghabbieh b'xita ta' taxxi u tariffi godda tad-dawl u l-Ilma.